L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant, rapporteur għal grupp tal-S&D, ippreżenta rapport dwar investimenti ġodda fi ħdan l-Unjoni waqt laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON). Ir-rapport bl-isem “Is-Semestru Ewropew għal koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għas-sena 2016”  jiġi addottat fl-ECON fil-11 ta’ Ottubru u wara jitressaq għall-approvazzjoni fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew. Attendew rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali fosthom Charles Mangion (PL) u Claudio Grech (PN) f’isem il-Parlament Malti u indirizzaw lill-kumitat dwar l-investimenti fl-UE.

Dr Sant introduċa d-diskussjoni billi ffoka fuq l-implimentazzjoni u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-istati membri biex iwettqu r-rakkomandazzjonijiet li tagħtihom il-Kummissjoni. Tkellem dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali biex jassumu rwol aktar validu u assertiv fil-konsiderazzjonijiet tar-rapporti nazzjonali, kemm fuq livell Ewropew u kif ukoll fuq livell nazzjonali biex jippreżentawhom lill-votanti daqs li kieku kienu tagħhom.

Skont l-analiżi tal-Kummissjoni, il-proporzjon ta’ kemm qed ikunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li tagħti l-Kummissjoni lil kull pajjiż (CSRs) naqas b’aktar bin-nofs għas-semestri ta’ bejn l-2012 u l-2015. Fl-istess ħin, il-parti tar-rakkomandazzjonijiet li fuqhom ma jsir kważi l-ebda progress żdiedet għal kważi 30% fl-2012 għal aktar minn 50% fl-2015.

Dr Sant qal li l-Kummissjoni Ewropea naqqset is-CSRs fl-2016 – l-istess bħal kif għamlet fis-sena ta’ qabel – biex tikkonċentra aħjar fuq l-isfidi l-aktar urġenti tal-pajjiżi, u biex iżżid s-sehem nazzjonali tas-CSRs.

“Id-diverġenzi soċjali u ekonomiċi saru sfida kbira u jistgħu joħolqu riperkussjonijiet fuq l-għaqda Ewropea. Kif se jaffettwaw dawn id-diverġenzi fl-isfond li niżguraw li l-Patt ta’ Stabilita` u Tkabbir Ekonomiku ma jinkiser qatt? F’dan kollu, kif nistgħu nikkoreġu d-diverġenzi ekonomiċi u soċjali li dejjem qed jikbru bejn partijiet differenti tal-UE?” staqsa Dr Sant.

Tista’ ssegwi d-diskors ta’ Dr Sant fuq dan il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=_kJsb7Mf_ZI

 

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ L-UNGERIJA

Ir-referendum tal-Ħadd li għadda fl-Ungerija kif se jiġi interpretat? L-Ungeriżi ġew mitluba jivvotaw dwar l-immigrazzjoni u l-politika tal-Kummissjoni Ewropea li ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA FAVUR DIFIŻA KOMUNI

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini għaddejja bil-konsultazzjonijiet biex jintlaħaq qbil dwar żviluppi ġodda fil-qasam tas-sigurta` u d-difiża komuni ...
Read More

JIPPREŻENTA RAPPORT DWAR INVESTIMENTI ĠODDA FL-UE

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant, rapporteur għal grupp tal-S&D, ippreżenta rapport dwar investimenti ġodda fi ħdan l-Unjoni waqt laqgħa tal-Kumitat Ekonomiku ...
Read More

DISKUSS IL-KUMMERĊ BEJN IL-ĠAPPUN U L-UE

Il-Ġappun determinat li jagħti spinta lin-negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles u investiment mal-UE. Il-Kummissarju tal-Kummerċ Cecilia Malmstrom laqgħet din ...
Read More

BDIEWA GĦAWDXIN IRIDU JIPPENETRAW IS-SWIEQ EWROPEJ

Bdiewa Għawdxin se jressqu l-proposti tagħhom lil Alfred Sant f’rapport formali biex isegwih f’livelli differenti tal-Parlament Ewropew bl-għan li jżidu ...
Read More

IRIDU AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL F’GĦAWDEX

Żgħażagħ Għawdxin jixtiequ aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex, minkejja li jifhmu li llum ikollhom jagħmlu karriera f’Malta jew lil hinn ...
Read More

200 SENA ILU IVVINTAW L-ISTETOSKOPJU

FL-1816 fi sptar f’Pariġi it-tabib Rene` Laennec kellu pazjenta tbati minn problemi f’qalbha. Ftit kien hemm xi jsir ħlief li ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment