Il-Parlament Ewropew qed jinvestiga partit ġdid b’membri tal-lemin estrem minn pajjiżi Ewropej biex jistħarreġ hux konformi mal-prinċipji fundamentali tal-UE. L-investigazzjoni tniedet ftit tal-jiem ilu fil-konferenza tal-presidenti tal-Parlament Ewropew, li hi magħmula mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-mexxejja tal-partiti politiċi kollha tal-Parlament Ewropew. Dan il-partit ġdid bl-isem ta’ Alleanza għal Paċi u l-Liberta` (APF) jħaddan fih membri tal-lemin estrem minn pajjiżi differenti bħal PND tal-Ġermanja, il-partit Grieg Golden Dawn u l-Party of the Danes.

Kif jitolbu r-regolamenti, il-Partit ġab tal-inqas kwart tal-voti tal-Membri Parlamentari Ewropej minn erba’ gruppi politiċi differenti.  Kumitat imwaqqaf mill-Parlament se jivverifika li l-partit jimxi skont il-prinċipji tal-UE, l-aktar dawk tal-liberta`, id-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet umani.

Biex jagħmel dan, il-kumitat tal-affarijiet kostituzzjonali se jisma’ rappreżentanti tal-APF u se jikseb l-opinjoni ta’ persuni indipendenti. Imbagħad se jħejji proposta għall-Parlament Ewropew biex fuqha jittieħed qbil dwar l-APF. Jekk l-APF taqbel mal-kriterji Ewropej tkun rikonoxxuta bħala partit politiku Ewropew u tibda tirċievi l-fondi mill-Parlament. Jekk il-proposta ma tiksibx il-maġġoranza tal-voti, il-Partit ma jiġix rikonoxxut u mhux se jkun hemm lok għal emendi.

Din l-investigazzjoni qed issir waqt li l-kriżi tal-immigrazzjoni għadha qed timbutta eluf ta’ ċittadini anzjużi b’dal-fenomenu lejn il-partiti tal-lemin. Dan is-sentiment qed jidher sew fl-Awstrija, fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fi Franza, fid-Danimarka u fl-Ungerija.  In-nuqqas ta’ rieda politika biex tkun indirizzata l-kriżi tal-immigrazzjoni, in-nuqqas ta’ tkabbir ekonomiku u problemi oħra fiż-żona ewro qed ikomplu jgħinu biex aktar nies jitbegħdu mill-partiti politiċi tradizzjonali u jfittxu l-vuċi tagħhom f’partiti oħrajn li qegħdin jisfruttaw dawn in-nuqqasijiet biex imexxu ’l quddiem l-aġenda politika tagħhom.

JITBEGĦDU MILL-PARTITI POLITIĊI TRADIZZJONALI

Il-Parlament Ewropew qed jinvestiga partit ġdid b’membri tal-lemin estrem minn pajjiżi Ewropej biex jistħarreġ hux konformi mal-prinċipji fundamentali tal-UE. L-investigazzjoni ...
Read More

JIKBER ID-DEJN PUBBLIKU FIL-GREĊJA

Minkejja l-miżuri ta’ awsterita`, id-dejn pubbliku fil-Greċja tela’ minn 125% fl-2010 għal 200% fl-2016. Il-Kummissjoni Ewropea qed terġa’ tipproponi miżuri ...
Read More

ĦAFNA ANQAS IMMIGRANTI FIL-GŻEJJER GRIEGI

L-għadd ta’ immigranti li waslu fil-gżejjer Griegi niżel b’90% minn Marzu għal April. F’April waslu 2,700 immigrant. Dan it-tnaqqis ġej ...
Read More

EUROPOL IMSAĦĦA B’REGOLI ĠODDA

Daħlu regoli ġodda biex isaħħu l-kompetenzi tal-Europol fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar tad-droga, tal-persuni u tal-organi u ...
Read More

L-ITALJA NEFQET €6 BILJUN  FUQ L-IMMIGRANTI F’SENTEJN

Il-Gvern Taljan qed jistma li l-għixien u l-integrazzjoni tar-refuġjati se jiswew €3.3 biljun fl-2016. Fl-2015 l-effett fuq il-baġit Taljan kien ...
Read More

PROSPETTI TAJBIN GĦALL-FTEHIM KUMMERĊJALI BEJN L-UE U Ċ-ĊINA

Ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina għandu l-potenzjal li joħloq l-impjiegi u jkabbar l-ekonomija tal-Ewropa. Dan ħareġ minn studju ...
Read More

L-EKONOMIJI Ż-ŻGĦAR GĦANDHOM JIDDEĊIEDU HUMA T-TASSAZZJONI TAGĦHOM

Is-sovranita` tal-istati membri fil-ġbir tat-taxxi f’pajjiżhom għandha tkun imħarsa. Dan jgħodd l-aktar  għall-ekonomiji ż-żgħar u ż-żoni li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa ...
Read More

WIEĦED MINN KULL ĦAMSA JMUT B’ATTAKK TAL-QALB 

Miljun persuna fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri 1 minn kull 5 imwiet seħħu minħabba attakk tal-qalb jew puplesija. Fl-2013 fl-UE mietu madwar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment