Alfred Sant ingħaqad ma’ tliet MEPs mill-Ġermanja, Franza u l-Finlandja biex talbu lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara l-pożizzjoni tagħha dwar l-Istrateġija Diġitali Ewropea u talbu aktar trasparenza fuq il-ħidma tal-‘EU Observatory’. Flimkien ma’ Jakob von Weizsäcker, MEP Ġermaniż (S&D), Pervenche Berès, MEP Franċiża (S&D) u Sirpa Pietikäinen, MEP Finlandiża (EPP) bagħat ittra konġunta lill-Kummissarju inkarigata mill-Ekonomija Diġitali u s-Soċjeta` Mariya Gabriel u lill-Kummissarju għas-Suq Wieħed Diġitali u Viċi-President tal-KE Andrus Ansip.

L-inizjattiva ta’ Afred Sant saret b’appoġġ għall-politika tal-Gvern Malti biex jimplimenta qafas dwar ‘crypto currencies’, ‘blockchain’ u ‘Distributed ledger technology (DLT)’ biex Malta tkun waħda mill-ewwel ġurisdizzjonijiet fid-dinja biex tilleġisla f’dan il-qasam.

L-erba’ MEPs talbu lill-KE tinformahom xinhuma l-prijoritajiet regolatorji u talbu wkoll informazzjoni kif il-Kummissjoni se taġġorna l-istrateġija dwar l-iżviluppi diġitali u teknoloġiċi. L-MEPs jixtiequ l-Kummissjoni tiżgura li l-kompetenzi diġitali tagħha huma kompatibbli mal-iżviluppi fis-settur teknoloġiku. Talbu lill-KE tagħrif dwar ir-riżorsi finanzjarji allokati għas-soċjeta` diġitali. Talbu aktar trasparenza tal-ħidma tal-‘EU Observatory’ u innotaw li l-Parlament Ewropew għandu jkun aġġornat fuq il-ħidma tal-osservatur tal-UE dwar il-‘Blockchain’.

L-‘EU Blockchain Observatory and Forum’ mistenni jkollu rwol attiv biex jgħin l-Ewropa taħtaf opportunitajiet ġodda mill-‘blockchain’ u juri tmexxija f’dan il-qasam. Tiġbor tagħrif, monitoraġġ u analiżi, tindirizza l-isfidi u tesplora l-potenzjal soċjo-ekonomiku tal-‘blockchains’. Tippermetti koperazzjoni mal-istati tal-UE u tlaqqa’ l-aqwa esperti u tħajjar teknoloġisti, innovaturi, ċittadini, stakeholders fl-industrija, awtoritajiet pubbliċi, regolaturi biex jiżviluppaw ideat ġodda.

FL-INTERESS TA’ MALTA LI TINSTAB SOLUZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret id-disposizzjoni tagħha li tkompli bin-negozjati tal-Brexit tul l-24 siegħa ta’ kull ġurnata li fadal sat-tmiem in-negozjati għall-ħruġ ...
Read More

L-AKBAR SFIDA GĦALL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA

L-ikbar sfida għal Presidenza Awstrijaka tal-UE se tkun dik li tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri u fl-istess waqt iżżomm koerenza ...
Read More

IL-ĠERMANJA TRID TIBGĦAT IMMIGRANTI LURA L-GREĊJA U L-ITALJA

Il-Ġermanja trid tinnegozja mal-Italja u l-Greċja biex jinbagħtu lura l-immigranti li għamlu talba tal-ażil f’dawn iż-żewġ pajjiżi. “Dawk li applikaw ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Kunsill tal-UE estenda b’sitt xhur is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja relatati mal-kunflitt tal-Lvant tal-Ukraina. Is-sanzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA GĦALL-ĦARSIEN TAL-FRUNTIERI EWROPEJ

F’Settembru l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta miżuri ġodda għal ħarsien aħjar tal-fruntieri tal-UE wara li l-mexxejja tal-pajjiżi fil-Kunsill tal-UE qablu li ...
Read More

IKOMPLU JIXTRU Ż-ŻEJT IRANJAN

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogerini, flimkien mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Franza, Renju Unit, Ċina u Russja wegħdu li ...
Read More

JITOLBU KJARIFIKI DWAR L-ISTRATEĠIJA DIĠITALI EWROPEA

Alfred Sant ingħaqad ma’ tliet MEPs mill-Ġermanja, Franza u l-Finlandja biex talbu lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara l-pożizzjoni tagħha dwar l-Istrateġija Diġitali ...
Read More

IĊ-ĊINA TRID EWROPA EKONOMIKAMENT B’SAĦĦITHA

Iċ-Ċina hija miftuħa għal kummerċ ma’ msieħba barranin u tibbenefika minn Ewropa b’ekonomija b’saħħitha, qal il-mexxej Ċiniż Li Keqiang li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment