Ir-rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol qed tiżdied, anki jekk b’mod kajman fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ nies jaħdmu żdiedet b’medja ta’ 0.3% fiż-żona ewro u b’0.1% fl-Unjoni Ewropea kollha fl-aħħar kwart tas-sena 2015. Minn wara l-kriżi finanzjarja tal-2008, kien biss mill-2013 ’l hawn li bdiet terġa’ tiġi reġistrata żjieda fl-impjiegi.

Il-pajjiż li kellu l-ogħla żjieda fir-rata tal-impjiegi kien Malta (1.7%), warajha l-Kroazja (0.8%) u l-Lussemburgu, Polonja, Portugall, Spanja u Svezja (0.7%). L-Estonja (-2.4%), ir-Renju Unit (-1.0%) u l-Litwanja (-0.3%) irreġistraw l-akbar tnaqqis fir-rata tal-impjiegi.

Facebook Comments

Post a comment