Il-ħolqien tax-xogħol u l-qagħda soċjali sejrin għall-agħar fl-Ewropa. Minkejja ftit sinjali pożittivi, l-effetti tal-kriżi għadhom jinħassu filwaqt li d-diverġenzi bejn il-pajjiżi u anki f’żoni differenti tal-istess pajjiż qed jiżdiedu. Dan ħareġ mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar ix-xogħol u l-iżvilupp soċjali fl-2015.

Ir-rapport jinnota l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-impjiegi u fil-qasam soċjali. Jikkunsidra l-isfidi li ġejjin u l-modi kif jingħelbu. Jagħti daqqa t’għajn dettaljata lejn l-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjeta` bħan-nisa, l-anzjani, iż-żgħażagħ u n-nies bla xogħol.

Ir-rapport jgħid li filwaqt li l-impjiegi żdiedu, il-qgħad għadu għoli ħafna f’pajjiżi bħal Spanja u l-Greċja fejn għadu ’il fuq minn 20%. Il-kuntratti tax-xogħol li huma temporanji, b’terminu fiss jew part-time żdiedu. Dan mhux it-tip ta’ xogħol li jixtiequ l-ħaddiema Ewropej. F’Ċipru, 94.3% ta’ dawk li għandhom kuntratt ta’ xogħol temporanju huma mdejqa b’din il-kundizzjoni, filwaqt li fl-Awstrija 8.8% huma mdejqa minħabba l-istess ħaġa.

Il-Kummissjoni qed tgħid li se tippreżenta l-proposti tagħha biex titjieb is-sitwazzjoni.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL32

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI : PRIJORITÀ TAL-PRESIDENZA OLANDIŻA

L-Olanda għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea minn Jannar sat-30 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Il-Presidenza Olandiża se tiffoka fuq erba’ ...
Read More

IL-KOEŻJONI POLITIKA BŻONNJUŻA GĦALL-ISFIDA TAL-IMMIGRAZZJONI

Il-prijorita` tal-Presidenza Olandiża tal-Unjoni Ewropea għandha tkun dik li tippromwovi l-koeżjoni politika fost l-istati membri tal-Unjoni, l-aktar dwar l-immigrazzjoni. Dr ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI TAX-‘SCHENGEN’

Ħames pajjiżi tal-UE, flimkien man-Norveġja, qed iżidu l-kontrolli fuq il-fruntieri tax-‘Schengen’ fid-dawl tal-aħħar żviluppi dwar l-influss tal-immigrazzjoni u t-theddida tat-terroriżmu ...
Read More

EFFETTI NEGATTIVI BIL-KONTROLLI TAL-FRUNTIERI

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jemmen li l-prijorita` tal-Ewropa hija t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol, minkejja l-kriżi tal-immigrazzjoni u ...
Read More

L-ITALJA : ‘MNEJN ĠEJJIN €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA?’

L-Italja hija l-uniku pajjiż li mhux taqbel mal-mod kif se jinġabru t-€3 biljun ewro għat-Turkija u qed tisħaq li dawn ...
Read More

PJAN TA’ AZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta pjan ta’ azzjoni kontra t-terroriżmu fit-2 ta’ Frar. Is-sena 2016 se tkun iddedikata għall-ġlieda kontra l-finanzjament ...
Read More

GŻEJJER ŻGĦAR DIFFERENTI MILL-PAJJIŻI ĊENTRALI TAL-EWROPA

Il-Parlament Ewropew approva ‘Ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għal 2014’ ippreżentat mir-rapporteur Ġermaniż u MPE Langen. Ir-rapport kien jinkludi numru ...
Read More

JIŻDIEDU L-INUGWALJANZI SOĊJALI

Il-ħolqien tax-xogħol u l-qagħda soċjali sejrin għall-agħar fl-Ewropa. Minkejja ftit sinjali pożittivi, l-effetti tal-kriżi għadhom jinħassu filwaqt li d-diverġenzi bejn ...
Read More

MEĦTIEĠA ANALIŻI STRATEĠIKA TAL-PROĠETT EWROPEW

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew qal fi Strasburgu li wasal iż-żmien li ssir analiżi strateġika tal-proġett Ewropew. ‘Hemm bżonn ...
Read More

TIŻDIED L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO

Fiż-żona ewro l-inflazzjoni kienet ta’ 0.2% f’Diċembru 2015, 0.1% aktar mix-xahar ta’ qabel. F’Diċembru 12-il pajjiż kellhom diflazzjoni: Bulgarija (-0.9%), ...
Read More

TRID TINBIDEL IL-POLITIKA TAS-SAJD

Matul is-sessjoni plenarja ta’ dan ix-xahar, il-Membri Parlamentari Ewropej għaddew emenda mressqa mill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi. Din l-emenda titlob biex ...
Read More

L-OBESITA’: PRIJORITA’ TAL-PRESIDENZA MALTIJA

Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne qal li l-obesita` se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea bħal ...
Read More

ĊIFRI DWAR BRUSSELL

Brussell dan l-aħħar kienet fl-aħbarijiet minħabba l-biża' ta' attentat terroristiku. Iżda Brussell mhix biss ċentru politiku u l-belt kapitali tal-Belgju.  ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment