Fl-2014 naqas il-konsum tal-gass fl-Ewropa bi 12.9% waqt li l-konsum tal-elettriku naqas bi 3.7%. Dan it-tnaqqis kien ikkawżat minnħabba temperaturi anqas kesħin u anki minħabba l-kriżi ekonomika. L-esperti qed jgħidu wkoll li fil-pajjiżi Ewropej (eskluża t-Turkija) imsieħba fl-OECD (Organizzazzjoni għall-kooperazzjoni ekonomika u żvilupp) il-konsum tal-gass fil-pajjiżi Ewropej kien inqas minn 400 biljun metru kubu. F’għaxar snin dan kien l-ikbar tnaqqis li qatt ġie rreġistrat. Il-konsum tal-gass niżel b’7.2% fl-2009, 9.5% fl-2011, 3.7% fl-2012 u 1.3% fl-2013.

Facebook Comments

Post a comment