Il-Kummissarju Vera Jourova għadha ma tatx dettalji dwar x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus fl-istati membri l-kbar bħall-Estonja, l-Olanda u l-Latvja. Alfred Sant staqsiha biex tispeċifika jekk awtoritajiet finanzjarji Estonjani, Olandiżi u Latvjani involuti f’attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus jippreżentawx nuqqasijiet ġenerali u sistematiċi fl-infurzar tar-regoli kontra l-ħasil ta’ flus.

Fl-Estonja nħaslu kważi €178 biljun f’attivitajiet tad-Danske Bank bejn l-2007 u l-2015. Ħafna minn dawn it-transazzjonijiet dubjużi nħarġu l-aktar mir-Renju Unit, il-Virgin Islands u r-Russja. Investigazzjoni indipendenti sabet li aktar min-nofs il-15000 kont bankarju Estonjan fid-Danske Bank huma kkonsidrati suspettużi.

Il-bank Olandiż Dutch Bank ING ammetta li l-kriminali użaw kontijiet tiegħu għal numru ta’ snin biex jaħslu l-flus. Il-bank qabel li jħallas €775 miljun f’likwidazzjoni, inkluż €657 miljun  multa u €100 miljun għal qligħ illeċitu. Il-prosekuturi finanzjarji sabu li ING, għal bosta snin, kiser ir-regoli u l-liġijiet li jipprevenu l-ħasil tal-flus.

Il-bank tal-Latvja ABLV ġie implikat f’ħasil ta’ flus, b’tixħim ta’ uffiċċjali u l-iffaċilitar tal-vjolazzjoni tas-sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq.  Il-Unit ta’ kontra l-Kriminalita` Finanzjarja tat-Teżor tal-Istati Uniti akkuża l-ABLV li l-ħasil ta’ flus ilu għal numru ta’ snin pilastru li fuqu jsir in-negozju f’dan il-bank.

Dr Sant qal li Jourova ħasset li kellha tieħu azzjoni kontra l-iċken stat membru tal-UE waqt li injorat ħafna allegazzjonijiet iktar serji ta’ ħasil ta’ flus fi stati membri kbar li seħħew eżatt taħt imneħirha.

JOUROVA GĦADHA MA WEĠBITX GĦALL-AKKUŻI TA’ ALFRED SANT

Il-Kummissarju Vera Jourova għadha ma tatx dettalji dwar x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ...
Read More

DIŻGWID DWAR IL-BAĠIT TALJAN

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li ma jistax jaċċetta ż-żieda fl-infiq ippjanat mill-Gvern Taljan fil-baġit nazzjonali. Juncker qal ...
Read More

GWERRA FUQ KULL FRONT GĦAL MAY

Kull tip ta’ ftehim li tista’ tilħaq il-Prim Ministru Theresa May mal-UE jrid l-appoġġ minn tal-inqas ta’ 325 deputati parlamentari ...
Read More

RELAZZJONIJIET IMDENDLA MAL-IŻVIZZERA

Wara erba’ snin ta’ negozjati mal-Iżvizzera l-UE qed twissi li wasal iż-żmien li jintlaħaq qafas regolatorju ġdid bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ ...
Read More

IRIDU JIBAGĦTU L-IMMIGRANTI LURA N-NIĠERJA

Franza u l-Italja bdew ħidma konġunta man-Niġerja għal ritorn ta’ immigranti Niġerjani lejn pajjiżhom. Dwar dan saret laqgħa bejn il-Kummissarju ...
Read More

ALFRED SANT FAVUR  ŻIEDA TA’ 5% TAL-PAGA MINIMA FL-UE

Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-UE biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi ...
Read More

KONTRA L-IFFINANZJAR TA’ MILIZJI MILITARI FIL-LIBJA

Il-Banek Ċentrali tal-istati membri tal-UE għandhom ikunu sorveljati biex ma jintefqux flus fuq traffikar ta’ żejt, traffikar ta’ nies u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment