L-Europol, il-forza tal-ordni tas-sigurta` Ewropea, irnexxielha tkisser ċirku kbir ta’ attivita` kriminali li kienet qed tidħol fuq il-kompjuters biex tisraq informazzjoni bankarja. Instab li kien hemm mat-3 miljun kompjuter infettati b’virus magħmul apposta. Din l-operazzjoni mmexxija mis-Cybercrime Centre tal-Europol involviet investigaturi mill-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u r-Renju Unit. Magħhom issieħbu wkoll xi industriji privati – AnubisNetworks, Microsoft u Symantec. Skond il-kumpanija Symantec, il-virus li deher l-ewwel darba fl-2010, infetta 3.2 miljun kompjuter. 27% tal-kompjuters infettati kienu fl-Indja, 18% fl-Indonesja. Aktar każijiet instabu fil-Vietnam, l-Istati Uniti, il-Bangladesh u l-Filippini.

Facebook Comments

Post a comment