Bit-tama li fil-25 ta’ Marzu f’Ruma jkun hemm qbil mis-27 stat membru tal-UE qed jiġi emendat id-dokument finali dwar il-politika tal-Unjoni Ewropea. L-emendi saru wara protesti mill-pajjiżi Baltiċi u dawk tal-Lvant tal-Ewropa li ddeskrivew proposti ta’ Merkel u Hollande bħala ‘Ewropa tal-Ewwel u tat-Tieni Diviżjoni’.
Issa qed jintqal li s-summit ta’ Ruma mhux se jqanqal tibdil fl-Unjoni Ewropea. L-istedina se tkun tindika li kollox jibqa’ miexi kif inhu, mingħajr tibdil fit-trattati. Ġimgħa ilu fis-summit Ewropew informali, uħud mill-pajjiżi esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-proposta ta’ pajjiżi li jkunu magħqudin u oħrajn inqas magħqudin mal-Unjoni. It-tħassib kien li dawk li jkunu inqas magħqudin mal-Unjoni jitħallew lura u jkun hemm żewġ kategoriji ta’ stati membri fl-UE.
Il-kliem miktub issa fl-abbozz jisħaq li l-pajjiżi se jaġixxu flimkien kull fejn ikun possibbli, b’ritmi differenti fejn hu meħtieġ, kif sar fil-passat u fil-qafas tat-trattati. Id-dokument jgħid li l-Unjoni Ewropea hija magħquda u li se jkun hemm aktar Ewropa f’oqsma ta’ importanza kbira, u inqas Ewropa f’oqsma oħra fejn l-istati jkollhom aktar sovranita`. Jisħaq ukoll li l-impenn lejn il-politika soċjali se jagħti piż lid-diversita` tas-sistemi nazzjonali tal-istati membri.
Prijorita` se tingħata lis-sigurta`, l-immigrazzjoni, it-tkabbir ekonomiku, l-Ewropa soċjali u Ewropa b’saħħitha fid-dinja.
KOMPROMESSI BIEX JAQBLU F’RUMA
Read More
IR-RETTORIKA TA’ 30 SENA ILU M’GĦADHIEX TGĦODD GĦAL-LUM
Read More
FAVUR AKTAR ĦIDMA MAL-LIBJA
Read More
IR-RADIKALIŻMU ‘ONLINE’ JONQOS B’90%
Read More
MILJUN TALBA GĦALL-AŻIL FL-2016
Read More
KONTRA L-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA U SIGURTA`
Read More
ENERĠIJA NADIFA GĦALL-ĠŻEJJER TAL-UE
Read More
DAWK LI JRABBU L-FNIEK SE JINTLAQTU ĦAŻIN
Read More
Post a comment