Il-Banek Ċentrali tal-istati membri tal-UE għandhom ikunu sorveljati biex ma jintefqux flus fuq traffikar ta’ żejt, traffikar ta’ nies u biex ma jintużawx flus fuq l-iffinanzjar  ta’ milizji jew ġlied politiku jew militari fil-Libja.  Dan qalitu Francesca Mogherini f’laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin fil-Lussemburgu.

Il-Ministri ddiskutew it-tisħiħ tal-waqfien mill-ġlied u l-implimentazzjoni ta’ miżuri tas-sigurta`.

Mogherini qalet li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin l-UE se tappoġġa l-proċess politiku fil-Libja. Saħqet li l-elezzjonijiet fl-Libja għandhom isiru malajr kemm jista’ jkun. Dan għandu jsir f’qafas legali ta’ xhiex se jivvotaw dwaru l-Libjani, saħqet Mogherini.

L-elezzjonijiet kienu mistennija jsiru fl-10 ta’ Diċembru, iżda l-eskalazzjoni tal-vjolenza fil-Libja mistennija tipposponi l-elezzjonijiet għal data oħra.

L-Italja u Franza mhux jaqblu dwar is-sitwazzjoni fil-Libja. Iżda Mogherini qalet li t-28 stat tal-UE huma magħqudin dwar il-Libja u li qed jappoġġjaw Konferenza f’Palermo f’nofs Novembru.

JOUROVA GĦADHA MA WEĠBITX GĦALL-AKKUŻI TA’ ALFRED SANT

Il-Kummissarju Vera Jourova għadha ma tatx dettalji dwar x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ...
Read More

DIŻGWID DWAR IL-BAĠIT TALJAN

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li ma jistax jaċċetta ż-żieda fl-infiq ippjanat mill-Gvern Taljan fil-baġit nazzjonali. Juncker qal ...
Read More

GWERRA FUQ KULL FRONT GĦAL MAY

Kull tip ta’ ftehim li tista’ tilħaq il-Prim Ministru Theresa May mal-UE jrid l-appoġġ minn tal-inqas ta’ 325 deputati parlamentari ...
Read More

RELAZZJONIJIET IMDENDLA MAL-IŻVIZZERA

Wara erba’ snin ta’ negozjati mal-Iżvizzera l-UE qed twissi li wasal iż-żmien li jintlaħaq qafas regolatorju ġdid bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ ...
Read More

IRIDU JIBAGĦTU L-IMMIGRANTI LURA N-NIĠERJA

Franza u l-Italja bdew ħidma konġunta man-Niġerja għal ritorn ta’ immigranti Niġerjani lejn pajjiżhom. Dwar dan saret laqgħa bejn il-Kummissarju ...
Read More

ALFRED SANT FAVUR  ŻIEDA TA’ 5% TAL-PAGA MINIMA FL-UE

Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-UE biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi ...
Read More

KONTRA L-IFFINANZJAR TA’ MILIZJI MILITARI FIL-LIBJA

Il-Banek Ċentrali tal-istati membri tal-UE għandhom ikunu sorveljati biex ma jintefqux flus fuq traffikar ta’ żejt, traffikar ta’ nies u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment