Alfred Sant qal li Malta hija pajjiż newtrali u mhux se jaqbel li tieħu sehem fil-politika Ewropea ta’ difiża u sigurta` kif proposta mill-UE. Pajjiżi newtrali fi ħdan l-Unjoni Ewropea jistgħu wkoll jiddeċiedu li ma jipparteċipawx kompletament jew parzjalment f’din il-politika. Alfred Sant qal dan fil-Parlament Ewropew qabel ivvota kontra riżoluzzjoni li tagħti qafas lill-istrutturi politiċi u militari tal-UE. Dr Sant qal li din il-proposta se tkompli tagħti saħħa lill-qawwiet militari tal-pajjiżi l-kbar tal-Ewropa a skapitu tal-membri stati ż-żgħar tal-UE. Dil-proposta se tkompli żżid id-diverġenzi bejn l-istati membri tal-UE.
“L-UE għandha tikkonċentra fuq miżuri ta’ sigurta` koordinati fit-territorju Ewropew dwar it-terroriżmu, l-immigrazzjoni u s-sorveljanza. B’hekk naħsdu r-riżultati f’qasir żmien, inkunu politikament popolari u faċilment nikkomunikaw dwar dan man-nies.
Politika ta’ difiża komuni iżżid l-importanza militari tal-pajjiżi l-membri l-kbar u tkabbar in-nuqqas ta’ fiduċja bejn l-istati membri li ‘jiddominaw’ u l-istati membri li huma s-‘segwaċi’. Il-prospett ta’ livelli differenti ta’ sħubija fost il-pajjiżi membri tgħin biex iżżid il-firda li, fost problemi oħra, qed taffettwa lill-proġett Ewropew,” qal l-Ewroparlamentari Malti.
Ir-riżoluzzjoni ‘Implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta’ Politika Komuni ta’ Sigurta` u Difiża: possibilitajiet li joffri t-trattat ta’ Lisbona’ għaddiet b’360 vot favur, 212 kontra u 48 astensjoni.

KOMPROMESSI BIEX JAQBLU F’RUMA
Read More

IR-RETTORIKA TA’ 30 SENA ILU M’GĦADHIEX TGĦODD GĦAL-LUM
Read More

FAVUR AKTAR ĦIDMA MAL-LIBJA
Read More

IR-RADIKALIŻMU ‘ONLINE’ JONQOS B’90%
Read More

MILJUN TALBA GĦALL-AŻIL FL-2016
Read More

KONTRA L-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA U SIGURTA`
Read More

ENERĠIJA NADIFA GĦALL-ĠŻEJJER TAL-UE
Read More

DAWK LI JRABBU L-FNIEK SE JINTLAQTU ĦAŻIN
Read More
Post a comment