Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota kontra riżoluzzjoni li tintroduċi taxxa diġitali armonizzata fl-Ewropa ‘bħala fatt li mhux negozjabbli’. It-tassazzjoni għandha tibqa’ parti mis-sovranita` ta’ kull pajjiż Ewropew, qal l-MEP Malti waqt li spjega għala vvota kontra r-riżoluzzjoni dwar it-taxxa diġitali.

Alfred Sant qal li huwa ġust li l-industrija diġitali, speċjalment dik li ssir mill-GAFA – isem li jirreferi għal kumpaniji Google, Apple, Facebook u Amazon – ikunu intaxxati l-istess bħal industriji oħra ta’ setturi differenti u fil-post fejn issir l-attivita` ekonomika tagħhom.

Fil-qasam diġitali mhux dejjem huwa ċar fejn il-valur jiġi miżjud, fejn qed jinġarru l-ispejjeż u fejn qed isiru l-profitti. Dan jagħmilha possibbli għal GAFA u għal oħrajn biex iċajpru d-dikjarazzjonijiet tad-dħul tagħhom u jevitaw li jħallsu t-taxxa fuq il-profitti. F’dawn iċ-ċirkustanzi huwa leġittimu li tkun introdotta taxxa fuq il-bejgħ tagħhom, fil-post li fih ikun qed isir il-bejgħ, biex jitnaqqas u jiġi eliminat l-evitar tat-taxxa għal 4 l-aktar kumpaniji diġitali b’saħħithom Amerikani.

“Filwaqt li dan ir-rapport jappoġġja l-introduzzjoni ta’ taxxa bħal din, jagħmel dan bħala parti minn strateġija fuq skala Ewropea, li biha nersqu lejn l-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni, billi tagħti l-għodda biex din l-armonizzazzjoni ssir aktar faċli u possibbli. Kif ukoll, niddubita kemm il-bejgħ tat-tassazzjoni tal-industrija diġitali jeħtieġ li jiġi kkontemplat fuq skala Ewropea, u mhux fuq skala nazzjonali.” irrimarka Alfred Sant.

Ir-riżoluzzjoni ġiet approvata b’451 voti favur, 69 voti kontra u 64 astenzjoni.

m-_0004_as-conference

FIDUĊJA F’MALTA GĦAL EWROPA SOĊJALI

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`, qal Alfred Sant ...
Read More
bucharest-skyline

 ‘IR-RUMANIJA GĦAD TRID TIFHEM IR-RESPONSABBILTAJIET TAGĦHA.’

Ġranet wara li l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE għaddiet għand ir-Rumanija, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li inkwetat dwar il-ħila ...
Read More
_0006_bigben

DAQSHEKK NEGOZJATI DWAR IL-BREXIT

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li m’hemmx talba biex isiru aktar negozjati dwar il-ftehim li ntlaħaq fil-25 ta’ Novembru bejn il-PM Brittanika ...
Read More
_0002_immigrants

IMUTU ANQAS IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN

In-numru ta’ immigranti li mietu fil-Mediterran naqas bi kwart fl-2018 meta kkomparat mas-sena ta’ qabel, qalet l-aġenzija għar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti ...
Read More
m-_0003_gafa

KONTRA TAXXA DIĠITALI ARMONIZZATA

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota kontra riżoluzzjoni li tintroduċi taxxa diġitali armonizzata fl-Ewropa ‘bħala fatt li mhux negozjabbli’. It-tassazzjoni għandha ...
Read More
m-_0002_coast-guards

€305 MILJUN GĦALL-GREĊJA , L-ITALJA, ĊIPRU U L-KROAZJA

Il-Kummissjoni Ewropea irrilaxxat €305 miljun oħra f’għajnuna għall-Greċja, l-Italja, Ċipru u l-Kroazja fil-qasam tal-immigrazzjoni u t-tmexxija tal-fruntieri ta’ dawn il-pajjiżi ...
Read More
m-_0001_gaza

€93 MILJUN IEĦOR GĦALL-PALESTINA

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti €20 miljun addizzjonali għar-refuġjati Palestinjani u €73.3 miljun oħra biex ittejjeb il-kwalita` tal-ħajja tal-poplu Palestinjan li ...
Read More
m-_0000_fish

IL-ĦUT JINŻLILHOM GĦASEL

70% tal-Ewropej jieklu l-ħut tal-inqas darba fix-xahar imma mhux kuntenti bil-prezzijiet tal-prodotti. Madwar erba’ minn għaxar konsumaturi (41%) jieklu prodotti ...
Read More