Il-Parlament Brittaniku ippreżenta leġiżlazzjoni li twassal biex il-pajjiż jerġa’ jikseb lura is-sovranita` tal-ibħra tiegħu. Ir-Renju Unit kien diġa` wera d-direzzjoni li se jieħu fil-‘White Paper; li ppreżenta f’Lulju li invokat il-kontroll fuq l-ibħra Brittaniċi u opportunitajiet ġusti fil-qasam tas-sajd.

“Għall-ewwel darba mill-1973 ’l hawn, il-liġi dwar is-sajd  se tagħti lir-Renju Unit kontroll dwar min jista’ jistad fl-ibħra tagħna u taħt liema kundizzjonijiet”, qal il-Gvern Ingliż.

L-abbozz ta’ liġi jagħti d-dritt lil pajjiż jimplimenta ftehimijiet ġodda mal-UE u ma’ stati kostali oħra u jagħti lok għal tmexxija tas-sajd effettiva u sostenibbli.

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jtemm id-dritt awtomatiku ta’ bastimenti oħra Ewropej li jistadu fl-ibħra Brittaniċi. Fil-futur, ir-Renju Unit “jinnegozja aċċess għar-riżorsi tal-ħut fl-ibħra tiegħu u jiddeċiedi hu taħt liema kundizzjonijiet isiru”, bil-bastimenti jkunu jridu jikkonformaw mar-regoli Brittaniċi, qalet il-Gvern Ingliża.

Ir-Renju Unit se jkun jista’ jiddeċiedi hu dwar il-kwoti tas-sajd tiegħu u l-ġranet fuq il-baħar, li se jkunu innegozjati bħala stat kostali indipendenti.

Ir-Renju Unit wissa li għalkemm ħadd ma jaf x’se jkun ir-riżultat tan-negozjati tal-Brexit, il-kwistjoni tas-sajd hija separata mill-kwistjoni tal-aċċess għas-suq tal-prodotti tal-ħut. Min-naħa l-oħra iżda, l-UE tixtieq li ż-żewġ oqsma jittieħdu flimkien biex tikseb kwoti tas-sajd fl-ibħra Brittaniċi bi skambju li jitħallew jiddaħħlu l-prodotti tal-ħut Brittaniċi fis-suq Ewropew.

92% tas-sajjieda ivvotaw favur il-Brexit bi protesta għal kwoti tal-UE fir-referendum tal-2016.

MAĠĠORANZA KWALIFIKATA DWAR IT-TASSAZZJONI

Is-sena d-dieħla l-Kummissjoni Ewropea se tipprova ssib oqsma fit-taxxa fejn id-deċiżjonijiet dwarhom tkun tista’ toħodhom b’maġġoranza kwalifikata minflok b’vot unanimu ...
Read More

IĊ-ĊEKI JRIDU JKEĊĊU L-IMMIGRANTI ‘ILLEGALI’

L-Istati Ewropej għandhom ikeċċu is-618, 780 immigrant li l-Kummissjoni Ewropea qalet li huma ‘illegali’ u li qegħdin fl-Ewropa. Il-Mexxej Babis ...
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT DWAR GŻEJJER  TAL-UE APPROVATI MILL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni għal baġit anwali tal-2019 li tinkludi proposti tal-MEP Alfred Sant li jinvokaw attenzjoni speċjali għall-gżejjer tal-Unjoni ...
Read More

IL-BELĠJU JIPPREFERI AJRUPLANI TAL-ĠLIED AMERIKANI

Il-Belġju għażel li jixtri ajruplani tal-ġlied Amerikani flok dawk Ewropej, għażla li tat daqqa ta’ ħarta lill-industrija tal-gwerra Ewropea li ...
Read More

PROĊEDURI POLITIĊIZZATI FUQ KSUR TAL-VALURI FUNDAMENTALI

Il-Parlament Ewropew ma għandux jippermetti proċeduri politiċizzati li permezz tagħhom jiġu investigati allegazzjonijiet ta' ksur ta’ valuri fundamentali fl-Istati Membri ...
Read More

KONTROLL TAL-IBĦRA BRITTANIĊI

Il-Parlament Brittaniku ippreżenta leġiżlazzjoni li twassal biex il-pajjiż jerġa’ jikseb lura is-sovranita` tal-ibħra tiegħu. Ir-Renju Unit kien diġa` wera d-direzzjoni ...
Read More

JINSISTI GĦAL INVESTIGAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-BAGALJI TAR-RYANAIR

Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea għandhiex pjanijiet biex issegwi fil-qrib l-investigazzjoni tal-Awtorita` tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru ...
Read More

L-EBDA LOGĦOB TAL-AZZARD FL-ALBANIJA

Il-Parlament Albaniż għadda liġi li tipprojbixxi l-logħob tal-azzard u tirrestrinġi l-operat tal-Casinos biex tipprova tnaqqas il-kriminalita` organizzata. Il-liġi tipprojbixxi wkoll ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment