L-UE għandha kriżi istituzzjonali għax la għandha politika komuni u lanqas risposta komuni dwar l-immigrazzjoni. Ma hemmx qbil mill-istati membri tal-UE dwar proposti fuq il-kontroll tal-fruntieri, m’hemmx qbil fuq proposti dwar il-qsim tal-piżijiet tal-immigranti fost l-istati membri tal-UE u ma hemmx qbil dwar politika komuni tal-UE f’dan il-qasam. Effettivament din hi problema Ewropea. Illum l-ewwel nippruvaw ma nħalluhomx jibdew il-vjaġġ bil-baħar u mbagħad nippruvaw insalvawhom meta jkunu se jegħrqu. Imbagħad tlieta, erba’ jew ħames stati membri tal-UE jippruvaw iqassmuhom bejniethom, skont id-daqs tal-grupp. Imma dan mhux isir bl-istrutturi tal-UE, qal Alfred Sant fuq SMASH TV.

“Issa wasalna fi stadju fejn il-Gvern Taljan qed jgħid ċar u tond li ma jridx aktar immigranti għax ma jistax ilaħħaq magħhom. Aħna wkoll qatt ma qbilna mal-ftehim ta’ Dublin għax Malta ma tistax tilqa’ wasliet ta’ immigranti bla limitu fuq il-gżira żgħira tagħna.”

Dr Sant qal li s-sistema tax-Schengen qed tagħmilha faċli għall-immigranti li jaqsmu minn pajjiż għall-ieħor tal-UE, meta skont it-Trattat ta’ Dublin dawn għandhom jibqgħu fl-ewwel art tal-UE li jirfsu fuqha.

L-Italja qed tagħti karta ta’ identita` lill-immigranti li jaslu f’pajjiżha, l-awtoritajiet jagħlqu għajnejhom u jħalluhom imorru fejn iridu. Dan qed iwassal biex immigranti jidħlu faċilment f’pajjiżi Ewropej oħra, fosthom f’Malta, kif rajna ftit ilu meta nstabu jgħixu għadd ta’ immigranti f’post diżutli f’Ħal Qormi. Dawn l-immigranti kienu kollha ġejjin mill-Italja.

MANIFEST KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

L-Italja u l-Ungerija ħabbru li se jħejju Manifest kontra l-Immigrazzjoni li mistennija tintuża bħala pjattaforma fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju tas-sena ...
Read More

KRIŻI ISTITUZZJONALI DWAR L-IMMIGRAZZJONI

L-UE għandha kriżi istituzzjonali għax la għandha politika komuni u lanqas risposta komuni dwar l-immigrazzjoni. Ma hemmx qbil mill-istati membri ...
Read More

IL-ĠERMANJA TRID ID-DESTIN TAGĦHA F’IDEJHA

Il-Ġermanja trid id-destin tagħha f’idejha. Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li tappoġġja l-idea tal-Kunsill tas-sigurta` Ewropew u l-proġett ta’ truppi ...
Read More

ŻWIĠIJIET FOLOZ BIEX JGĦIXU FL-UE

Grupp ta’ kriminali li joperaw fil-Ġermanja se jkunu akkużati li ġabu illegalment numru ta’ nisa u rġiel mill-Indja u n-Nepal ...
Read More

L-UNGERIJA MA TITMAX LILL-IMMIGRANTI

L-Ungerija mhux qed titma lil dawk l-immigranti li l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil ma ġietx aċċettata. L-awtoritajiet Ungeriżi bdew jimxu ma’ din ...
Read More

L-IRAN GĦADU JISTENNA RISPOSTA MINGĦAND L-UE

L-Iran għadu jistenna x’se tagħmel l-UE dwar ix-xiri taż-żejt wara s-sanzjonijiet li ħabbret l-Istati Uniti, qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan ...
Read More

MIBGĦUTA LURA L-MAROKK

Spanja bagħtet lura 116 immigrant lejn il-Marokk wara li daħlu bil-forza u b’mod illegali fuq it-territorju Spanjol ta’ Ceuta. L-immigranti ...
Read More

L-UE EQREB LEJN L-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

L-UE u l-Awstralja qablu li jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet bħat-terroriżmu u s-sigurta`, l-ambjent u l-enerġija, id-drittijiet umani, l-immigrazzjoni, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment