MALTA U L-EWRO – (2) – MALTA & THE EURO huwa ktieb elettroniku ġdid tal-ex Prim Ministru u Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant li jagħti tifsira tal-ġrajjiet tal-ewro minn perspettiva Maltija. Dan il-ktieb isegwi l-ġrajjiet tal-kriżi tal-ewro hekk kif seħħew mill-2012 sal-bidu tal-2015. Dan il-ktieb jibda fejn waqaf l-ewwel ktieb f’din is-sensiela li kien ressaq l-istorja tal-ewro sal-2011. Il-ktieb juri kif l-isfida quddiem l-Ewropa inbidlet minn waħda ta’ djun enormi għal oħra qalila u differenti: kif se jintrebaħ l-istaġnar ekonomiku li baqa’ jikkawża qgħad liema bħalu. Dan il-ktieb janalizza x’wassal għall-kriżi tal-ewro. Jifli x’sar u x’qed isir mill-Ewropej biex jilqgħu għal din il-kriżi.

Jekk tassew tixtieq tifhem l-impatt tal-ewro fuq Malta trid taqra dan il-ktieb. MALTA U L-EWRO – MALTA & THE EURO – 2 – ġie ppubblikat mill-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratici (S&D). Żur is-sit www.alfredsant.eu jew agħfas direttament fuq din il-ħolqa http://www.alfredsant.eu/books/malta-u-l-ewro-2.html biex tniżżel b’xejn dan il-ktieb elettroniku.

Facebook Comments

Post a comment