Il-ftehim ta’ kummerċ bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) se jħalli effett pożittiv fil-pajjiżi kollha tal-UE ħlief f’Malta. Din l-istqarrija ħarġet minn studju li sar minn Bern University’s World Trade Institute u ppubblikat mill-Kamra tal-Kummerċ Amerikana fl-Ewropa. L-istudju kkonkluda li t-TTIP se jħalli firxa ta’ benefiċċji soċjali u ekonomiċi fuq iċ-ċittadini u l-kumpaniji Ewropej.
L-istudju jgħid li bit-tneħħija ta’ ċertu barrieri permezz tat-TTIP jkun hemm żjieda dejjiema fid-dħul tal-Istati membri, żjieda fl-esportazzjoni u tnaqqis fil-prezzijiet għall-konsumaturi f’ħafna stati membri. Sar magħruf li l-industriji ż-żgħar (SMEs) ukoll jibbenefikaw minn dan il-ftehim għax jibdew isibuha aktar faċli biex jegħlbu ċertu regoli. L-istudju saħaq li t-TTIP jiżgura standards għoljin fis-settur tas-saħħa u s-sigurta`, fl-ambjent u fil-qasam tax-xogħol min-naħa taż-żewġ partijiet.
Il-ftehim mistenni jġib żjieda fil-PGD lill-istati membri kollha ħlief Malta. Mhux kull stat membru se jintlaqat bl-istess ammont ta’ benefiċċji mit-TTIP. L-Iktar stati li jibbenefikaw huma l-Litwanja, l-Awstrija, l-Belġju u l-Irlanda. L-inqas li se jibbenefikaw huma r-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Estonja. L-agħar li se tmur hija Malta. L-istudju jbassar tnaqqis ta’ 0.7% fl-investimenti f’pajjiżna.
L-istudju jgħid li l-PGD tal-Litwanja huwa dak li jibbenefika l-aktar (+1.6%) u warajh l-Irlanda (+1.3%). Il-pajjiżi li nltaqtu mill-kriżi tal-2008 bħal Spanja, Greċja, Italja u Portugall se jintlaqtu tajjeb ukoll. Mentri Malta, li l-kummerċ tagħha jsir l-aktar maċ-Ċina, se tkun l-uniku telliefa (-0.3%).
Iż-żjieda fl-esportazzjoni se tvarja minn +5% għal Ċipru, +48% għall-Isvezja, +64% għall-Awstrija u +116% għall-Islovakkja. Iż-żjieda fil-pagi se tkun reġistrata fl-istati membri għall-ħaddiema li għandhom kwalifiki tajbin ħafna. L-għola żjieda se tkun ta’ +1.4% fl-Irlanda u l-Litwanja. F’25 pajjiż mit-28 pajjiż l-paga se togħla wkoll għall-ħaddiema li huma inqas kwalifikati (+1.6% fl-Irlanda). Il-ftehim ta’ kummerċ se jwassal għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-konsumaturi f’ħafna mill-pajjiżi tal-UE. L-ikbar tnaqqis fil-prezzijiet se jkun fil-Litwanja (-0.9%).
L-aktar setturi li mistennija jintlaqtu tajjeb huma l-manifattura, it-trasport tal-ilma, s-servizzi tal-insurance, l-ikel ipproċessat, il-kimiċi, il-farmaċewtika u l-karozzi. Min-naħa l-oħra l-ftehim jista’ jwassal għal tnaqqis fis-setturi tal-makkinarju, metalli, prodotti tal-metall u tagħmir għat-trasport.
Skont l-istudju l-ftehim ta’ kummerċ jiggarantixxi standards soċjali u ambjentali għoljin, kif ukoll protezzjoni għall-konsumaturi. Is-settur intern mistenni li jissaħħaħ. Fuq livell ambjentali, it-TTIP jista’ jwassal għal żjieda fl-emissjonijiet imma dan l-effett jista’ jkun bilanċjat permezz ta’ żieda fil-kummerċ ta’ prodotti u servizzi ambjentali.
Kien Alfred Sant li żvela l-kontenut ta’ dan l-istudju. Sant qed jistaqsi lill-Kummissjoni Ewropea biex tgħid xi pjanijiet għandha biex jagħmlu tajjeb għall-iżvantaġġi li se jbatu pajjiżi milquta mit-TTIP, inkluż Malta. Fl-istess ħin Sant saħaq li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom ikunu konxji ta’ x’pożizzjoni raġjonevoli għandha tittieħed fl-interess ta’ Malta dwar il-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti. Dwar l-effetti tat-TTIP fuq Malta żgur li rridu nisimgħu aktar fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin.
L-istudju dwar it-TTIP jinsab fuq – http://goo.gl/WBt0RR
Malta u l-Unjoni Ewropea NL33
Read More
KULĦADD JAQBILLU, ĦLIEF MALTA
Read More
M’HEMMX PJAN B GĦAL-LIBJA
Read More
L-OGĦLA THEDDIDA F’GĦAXAR SNIN
Read More
KEMM TISWA T-TNEĦĦIJA TAX-XENGEN?
Read More
JONQSU S-SIRJANI, JIŻDIEDU L-IRAQQINI
Read More
IL-POLITIKA TAL-UE DWAR L-AGRIKOLTURA MALTIJA GĦANDHA TKUN IKKONTESTATA FUQ IL-LIVELLI KOLLHA
Read More
GĦANDHOM IŻOMMU L-FLESSIBILITA` LI FADLILHOM
Read More
UĠIGĦ TA’ RAS GĦAL BANK ĊENTRALI EWROPEW
Read More
GĦAWDEX JEĦTIEĠ TRATTAMENT SPEĊJALI
Read More
TA’ MIN JOGĦLA U TA’ MIN JONQOS
Read More
X’INHUMA L-KUMITATI TAL-PARLAMENT EWROPEW?
Read More
X’ILSNA JITGĦALLMU FL-EWROPA?
Read More
Post a comment