Survey tal-Parlament Ewropew fl-2014 juri li ċ-ċittadini Ewropej huma kuntenti bir-rwol li kellu l-Parlament Ewropew fl-elezzjoni tal-President il-ġdid tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker. Aktar min-nofs ta’ dawk li wieġbu jħossu li s-sħubija mal-UE hija xi ħaġa pożittiva u li leħinhom qed jinstema’. F’Mejju li għadda kien hemm l-iktar rata baxxa ta’ nies li ħarġu jivvotaw (42.54%)
30% qalu li għandhom idea pożittiva tal-Parlament Ewropew, 43% jarawh normali u 23% għandhom idea negattiva tiegħu. 67% ma ħassewhomx li huma informati sew dwar il-ħidma li jagħmel il-Parlament Ewropew. 63% ħassew li huwa tajjeb li r-riżultati elettorali jkunu kkunsidrati meta jiġi biex ikun elett President ġdid tal-Kummissjoni. 18% ma’ qablux ma’ dan l-aġir u 19% ma weġbux.
41% iħossu li leħinhom jinstema’ fl-UE. 54% iħossu li bħala prijorita` l-UE għandha tindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali (54%), l-affarijiet ekonomiċi, il-baġits u t-taxxi (31%), id-drittijiet tal-konsumatur u s-saħħa (30%), il-ħidma kontra t-terroriżmu u l-liberta` tal-individwu (29%). 54% ħassew li s-sħubija fl-UE hija xi ħaġa pożittiva. 17% qalu li hija ħażina mentri 29% ma kellhomx opinjoni.
Is-survey sar fuq 27, 801 persuna bejn l-aħħar ta’ Novembru u d-9 ta’ Diċembru 2014.

Facebook Comments

Post a comment