Fl-ewwel kwart tas-sena 2015 l-iżbilanċ tal-gvern fiż-żona Ewro mqabbel mal-Prodott Gross Nazzjonali (PGN) kien ta’ 2.3% . Dan juri tnaqqis mill-aħħar kwart tas-sena 2014 (2.5%) skont informazzjoni mogħtija mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE.

Fuq livell ewropew, ir-rata wkoll naqset, għall-2.6% tal-PGN minn 2.8%.

Id-dħul totali tal-gvern fiż-żona ewro kien 46.5% tal-PGN, meta mqabbel mal-46.7% tal-aħħar kwart tas-sena 2014 (45.0% u 45.4% tal-PGN rispettivament fit-28 pajjiż tal-UE). In-nefqa totali tal-gvern fiż-żona ewro laħqet it-48.7% tal-PGN, imqabbla ma’ 49.2% fl-aħħar kwart tas-sena 2014 (47.6% u 48.1% tal-PGN rispettivament fit-28 pajjiż tal-UE).