IDA huwa l-film rebbieħ tal-Lux Prize tal-2014.
Il-film huwa dwar Anna, tfajla orfni ta’ 18-il sena li kienet tgħix f’kunvent fil-Polonja. Qabel ma tieħu l-voti, il-Madre Superjura bagħtitha tiltaqa’ mal-unika membru ħaj tal-familja tagħha, iz-zija Wanda. Fil-passat Wanda kienet prosekutur legali, mlaħħqa fil-Partit Komunista, b’ħajja ta’ xorb, tipjip u rġiel; ħajja differenti minn dik magħluqa ta’ Anna. Anna tixxukkja ruħha meta issir taf li isimha proprja kien Ida u li ommha u missierha kienu nqatlu fit-tieni gwerra dinjija waqt il-persekuzzjoni tal-Lhud. Anna u Wanda jmorru fil-villaġġ fejn kienu jgħixu ommha u missierha.
Id-Direttur tal-film Pawel Pawlikowski qal li IDA nrexxielu jmiss il-qlub tal-popli Ewropej u li ċ-ċinema għad għandu rwol importanti fil-ħajja tan-nies. Lux Prize huwa l-premju li l-Parlament Ewropew ta’ kull sena jagħti lill-aħjar film ewropew.

Facebook Comments

Post a comment