L-Istati Uniti u ċ-Ċina kienu l-akbar ‘trading partners’ tal-UE fl-2014. L-UE tixtri u tbigħ €515.6 biljun mal-Istati Uniti u €467.3 maċ-Ċina, 15% u 14% rispettivament. Il-Ġermanja kienet ewlenija fil-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-kummerċ mar-Russja jlaħħaq €285.1 biljun (8%) u mal-Iżvizzera jlaħħaq €236.9 biljun (7%).
It-total tal-kummerċ mal-Istati Uniti niżel b’terz f’10 snin minn 24% fl-2002 għal 15% fl-2014, mentri dak maċ-Ċina rdoppja minn 7% għal 14% fuq l-istess perijodu. Mar-Russja żdied xi ftit minn 5% għal 8% u mal-Iżvizzera baqa’ l-istess.
L-esportazzjoni ta’ ħafna mill-pajjiżi tal-UE ssir fiż-żona Ewro, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda (li tesporta l-aktar lejn l-Istati Uniti), il-Greċja (Turkija), Litwanja (Russia), Svezja (Norveġja) u r-Renju Unit (l-Istati Uniti). 16-il pajjiż tal-Unjoni jesportaw ħafna lejn il-Ġermanja. Barra mill-UE, il-pajjiżi tal-UE jesportaw ħafna lill-Istati Uniti (18% tat-total), iċ-Ċina (10%) u l-Iżvizzera (8%).
Fl-2014, it-28 pajjiż tal-UE esportaw €4.636 triljun ewro ta’ affarijiet, bi €2.943 triljun minnhom esportati lil pajjiż ieħor fi ħdan l-UE. Malta, ir-Renju Unit u l-Greċja kienu l-eċċezzjoni. Dan għaliex 48% biss tat-total tal-esportazzjoni tagħhom marret fil-pajjiżi tal-UE. Dawn it-tliet pajjiżi kienu l-uniku 3 stati membri li esportaw iktar lejn il-pajjiżi barra mill-UE milli lejn il-pajjiżi tal-UE.
Kważi l-pajjiżi kollha tal-UE impurtaw il-ħtiġijiet tagħhom minn pajjiż ieħor tal-UE. Ħafna pajjiżi fil-UE impurtaw persentaġġ għoli mill-Ġermanja, bl-eċċezzjoni ta’ Malta u Ċipru. L-importazzjoni ssir miċ-Ċina (18% tat-total tal-importazzjoni tal-UE), mill-Istati Uniti (12%) u mir-Russja (11%).

Facebook Comments

Post a comment