Minkejja d-dikjarazzjonijiet ripetuti tal-Kummissjoni Ewropea li l-ekonomija fiż-żona Ewro qed tikber, fir-realta` l-ekonomija Ewropea mhux tikber. Dan huwa kkonfermat mill-istatistiċi tal-KE tal-aħħar erba’ snin.

Fir-realta` l-ekonomija taż-żona ewro qed topera fuq żvalutar intern li huwa politikament u soċjalment perikoluż ħafna u ekonomikament ineffettiv. Din hija l-problema reali. Dwar dan tkellem Alfred Sant, Shadow Rapporteur tal-S&D fil-Kumitat Monetarju u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew.
Sant qal li jeħtieġ analiżi politika. Issa se naslu f’punt fejn biex tkun kompetittiv trid teqred il-mudell soċjali tiegħek. Din hija nassa li thedded il-koeżjoni soċjali. ‘Qegħdin fit-triq it-tajba?’ staqsa Alfred Sant. ‘Il-Kummissjoni tgħid li l-ekonomija se tiċċaqlaq. Niftakar f’Galileo, lura fil-kontro-riforma, meta fehem li x-xemx ma ddurx madwar id-dinja, iżda d-dinja iddur max-xemx. Galileo kellu jammetti li kellu żball – imbagħad qal ukoll ‘eppur si muove’. Qed jintqal li l-ekonomija taż-żona Ewro se tibda tiċċaqlaq, eppur non si muove, mhux qed timxi ‘l quddiem.’
Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant fuq din il-link https://www.youtube.com/watch?v=vlzVhusK8a4

Facebook Comments

Post a comment