Il-produzzjoni tal-enerġija mix-xemx u r-riħ qed tiżdied fil-pajjiżi tal-Unjoni.
Fl-UE il-konsum ta’ enerġija nadifa jlaħħaq l-14.9%, persentaġġ ogħla mill-miri li kellha l-Unjoni għas-sena 2013-2014. Dan jawgura tajjeb biex tilħaq il-miri għall-2020-2030; jiġifieri li tal-inqas sal-2020 tiġġenera 20% ta’ enerġija li ġejja mix-xemx u r-riħ u sal-2030 tiġġenera tal-inqas 27% minn din it-tip ta’ enerġija. Il-miri tal-UE għall-2050 huma għoljin ħafna u allura l-UE trid tieħu aktar azzjoni biex tilħaqhom.
Fl-2013, il-ħolqien u l-użu tal-enerġija mix-xemx u r-riħ żdied fil-pajjiżi kollha tal-UE ħlief f’Ċipru. Pajjiżi bħal Iżvezja, Latvja, Finlandja u l-Awstrija huma dawk li l-aktar użaw enerġija nadifa bi kważi terz tal-enerġija tagħhom ġejja mix-xemx u r-riħ. Pajjiżi bħal Malta, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit ikkonsmaw inqas minn 5% ta’ din it-tip ta’ enerġija.
L-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent qed tgħid li l-ġenerazzjoni tal-elettriku mix-xemx u r-riħ qed tiżdied (42%), l-aktar bis-saħħa tal-windfarms. L-Aġenzija qalet li l-gassijiet il-ħżiena qed jonqsu u qed niffrankaw aktar enerġija.
L-enerġija nadifa qed tieħu post il-faħam u l-gass naturali. Il-konsum taż-żejt ftit li xejn naqas.

Facebook Comments

Post a comment