L-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli tal-UE lejn ir-Russja naqset b’-42%, minn €8.6 biljun f’April tal-2014 għal €5 biljuni f’April ta’ din is-sena. Dan seħħ minħabba l-embargo Russu fuq il-prodotti agrikoli mill-UE, li minħabba fih kategoriji sħaħ ta’ prodotti mill-UE ma jistgħux jidħlu r-Russja.

L-UE rnexxielha tikkompensa għal dan billi żiedet l-esportazzjoni lejn pajjiżi oħra, l-aktar lejn l-Istati Uniti (+15% minn Awwissu 2014 sa April 2015), iċ-Ċina li issa hija t-tieni l-akbar destinazzjoni għall-importazzjoni (+26%), swieq Asjatiċi oħra bħal Hong Kong (+27%), il-Korea t’isfel (+32%) u t-Turkija (+27%).

B’hekk minkejja l-embargo Russu, l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli tal-UE żdiedet b’valur ta’ 5% għall-perijodu Awwissu 2014-April 2015 meta mqabbla mal-istess perijodu fis-sena ta’ qabel. Fix-xahar ta’ April l-esportazzjoni żdiedet b’10% meta mqabbla ma’ April 2014. Dan seħħ minħabba żieda fl-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u minħabba l-iżvalutar tal-Ewro.

Facebook Comments

Post a comment