L-Ewropa tinsab fi stat ta’ inċertezza dwar kif l-aħjar tidderieġi l-ekonomija tagħha; dwar kif tikkonsolida l-kisbiet tagħha; dwar kif issaħħaħ l-għaqda monetarja u ekonomika; dwar kif tilqa’ għall-isfida tal-immigrazzjoni irregolari. Dan qalu l-Ewroparlamentari Alfred Sant, f’laqgħa organizzata minn ‘National Student Travel Foundation’ f’Dar l-Ewropa l-Belt Valletta. Dr Sant qal li fi żmien bħal dan hu importanti li kull komunità, kull nazzjon jagħraf kif iwassal il-messaġġ dwar x’jikkostitwixxu l-interessi vitali tiegħu. Dil-ħaġa ma jagħmluhiex biss il-politiċi imma jagħmluha wkoll iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili kull fejn ikollhom xi leħen fl-Ewropa.

Dr. Sant qal li hu vitali li kulħadd jifhem xinhu l-interess nazzjonali, imma li wkoll ikun jaf kif jesprimih b’mod li jiftiehem minn soċjetajiet oħra. Huwa qal li laqgħat, kuntatti u skambji ta’ veduti bejn żgħażagħ u ċittadini Maltin, kif imħeġġa matul is-snin, bix-xbieki ta’ komunikazzjoni li joħolqu, huma kruċjali biex iwasslu dal-messaġġ. Għalhekk hi ħaġa tajba li l-kuntatti u linji ta’ komunikazzjoni mibnija b’dal-mod matul is-snin, jiġu issa mogħtija n-nifs biex minflok jintesew, jibqgħu ħajja u attivi.

Il-laqgħa ġiet indirizzata wkoll mill-MEPs Roberta Metsola u Therese Commodini Cachia waqt li fost il-mistidnin kien hemm l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u Francis Zammit Dimech MP.

IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA

L-Unjoni Ewropea għandha bosta għadmiet iebsa xi tmexmex fix-xhur li ġejjin. Hemm il-problemi tal-Greċja, il-kriżi tal-immigrazzjoni, il-kriżi tal-Ukraina u l-proposti ...
Read More

‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasbourg li d-dgħjufijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea huma riżultat ta’ żviluppi ...
Read More

IX‑XENGEN FIL‑PERIKLU

Mingħajr ftehim dwar it-tqassim tal-immigranti bejn l-istati membri tal-UE, il-futur taż-żona Xengen qed jitqies mhedded. Sa issa, mis-26 pajjiż fiż-żona ...
Read More

L‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ

Il-prijorita` tas-Soċjalisti Ewropej għandha tkun l-interessi tal-ħaddiema Ewropej u jkun tajjeb li jidhru li qed jagħmlu dan. Dan qalu l-Kap ...
Read More

JIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE

Id-diverġenzi ekonomiċi bejn il-pajjiżi ċentrali tal-Ewropa u dawk fil-periferija tal-kontinent qed ikomplu jiżdiedu. Żdiedu d-diverġenzi fl-iżvilupp ta’ reġjuni differenti tal-istess ...
Read More

JEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO

 ‘Is-sitwazzjoni fil-Greċja turi li jeżistu riskji politiċi għal pajjiżi oħra fiż-żona Ewro. Jekk mhux se tingħata prijorita` massima biex jitnaqqsu ...
Read More

TNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO

Wara xhur ta’ staġnar, ir-rata tal-qgħad niżlet b’0.2% fiż-żona ewro għax-xahar ta’ Lulju, biex b’hekk saret 10.9%. Fl-Unjoni Ewropea kollha ...
Read More

BANEK

4,412 –il bank fl-Unjoni Ewropea fl-2014 immeniġjaw assi li jammontaw għal €43.6 biljun. Skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fl-Unjoni ...
Read More

L‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI

L-Ewropa tinsab fi stat ta' inċertezza dwar kif l-aħjar tidderieġi l-ekonomija tagħha; dwar kif tikkonsolida l-kisbiet tagħha; dwar kif issaħħaħ ...
Read More

€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.

Il-Kummissjoni Ewropea se talloka €600 miljun fis-settur tat-trasport u t-toroq biex tgħaqqad il-pajjiżi tal-Balkani mal-pajjiżi ġirien tagħhom membri tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

X’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI

Is-suq komuni jirreferi għall-Unjoni Ewropea bħala territorju wieħed, mingħajr fruntieri interni jew ostakli regolatorji oħra għaċ-ċaqliq ħieles ta’ oġġetti u ...
Read More

PRORA

Tul bajja twila u ramlija fil-baħar Baltiku, fil-gżira Ġermaniża Rügen, inbniet l-ikbar lukanda tad-dinja. Tant hi kbira li twassal ħames ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment