Il-Lega Għarbija u l-Unjoni Ewropea qablu dwar miżuri ta’ sigurta` u kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalita` organizzata. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Federica Mogherini, qalet li l-ġlieda mhix biss waħda militari jew ta’ sigurta`, imma hija ġlieda politika u kulturali wkoll. ‘Djalogu mad-dinja Għarbija jgħinna nifhmu u negħlbu dawn il-kwistjonijiet’, qalet Mogherini. Is-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija Nabil El Araby qal li l-Għarab ilhom snin jissaportu t-terroriżmu Iżlamiku, iżda issa dawn qasmu l-Mediterran. El Araby qal li jeħtieġ l-għaqda, il-kooperazzjoni u qsim ta’ informazzjoni. Dwar il-Libja, is-Sirja, il-Lvant Nofsani u l-Iraq, El Araby qal li l-interessi taż-żewġ naħat huma l-istess – dik li titnissel il-paċi.

Facebook Comments

Post a comment