L-Ewropa għandha sfida kbira fil-qasam tal-immigrazzjoni għax eluf ta’ nies iridu jidħlu fil-kontinent bil-konsegwenzi ta’ kriżi umanitarja kbira u problemi ta’ sigurta`. Alfred Sant qal lill-istazzjon televiżiv Greek NERIT li l-kontroll irid ikun parti minn pjan ħolistiku u jrid jinkludi l-pajjiżi li minnhom ġejjin l-immigranti. L-immigranti għandhom bżonn jittamaw li jistgħu jgħixu ħajja tajba f’pajjiżhom. Bħalissa għad ma hemmx azzjoni politika reali f’din id-direzzjoni, azzjoni politika li trid timxi pari passu ma’ dik li tiġġieled lill-gruppi kriminali tal-kuntrabandisti tan-nies.

Mistoqsi minn NERIT dwar kemm hi effettiva li jkollna Ewropa qisha fortizza, Dr Sant qal li minħabba n-nuqqas ta’ awtorita` li hemm fl-Afrika ta’ Fuq, il-Libja mhux qed titmexxa b’mod tajjeb u ma tistax titqies bħala stat stabbli li jħaddem awtorita` statali. Dr Sant jemmen li għandu jkun hemm imblokk fl-Afrika ta’ Fuq, mhux fis-sens li ma jitħallewx jidħlu u joħorġu l-vapuri – imblokk fis-sens li dgħajjes li ma jkunux xierqa għall-vjaġġi jiġu mwaqqfa u ordnati jerġgħu lura. Dan jista’ jsir eżatt barra mill-ibħra Libjani jew anki f’ibħra Libjani stess. Pjanijiet bħal dawn għandhom jibqgħu fis-seħħ biss sakemm is-sitwazzjoni fil-Libja tistabillizza ruħha. Imbagħad l-Unjoni Ewropea bħala stat tkun tista’ tagħmel arranġamenti mal-Istat tal-Libja, qal Dr Sant lill-istazzjon televiżiv Greek.

Ara l-kummenti ta’ Dr Sant fuq NERIT TV billi tagħfas fuq din il-link

https://www.youtube.com/watch?v=EWtmybdEEqU

Facebook Comments

Post a comment