Il-gvern Ungeriż qed jibni ħajt fil-fruntiera mas-Serbja biex iwaqqaf in-numru dejjem jikber ta’ immigranti li qed jaqsmu l-Ungerija. Il-ħajt se jkun lest fl-aħħar ta’ Awwissu. Imma għaliex il-ħajt qed jinbena f’din il-fruntiera mas-Serbja biss? L-immigranti jivvjaġġaw mijiet ta’ mili biex jidħlu l-Ewropa. Ħajt li huwa twil ftit aktar minn 100 mil mhux se jwaqqafhom. Allura l-Ungerija għaliex qed tibni dan il-ħajt?

L-għan hu li jiddevja l-immigranti lejn il-Kroazja u r-Rumanija li huma membri tal-UE. Skont ir-regolamenti tat-trattat ta’ Dublin, l-ewwel stat li fuqu jirfsu l-immigranti huwa responsabbli biex jipproċessa t-talbiet tal-istess immigranti u jkun responsabbli għalihom. Billi tiddevja l-immigranti, l-Ungerija tevadi l-obbligazzjonijiet tat-trattat ta’ Dublin.

It-trattat ta’ Dublin jisħaq li l-istat li hu responsabbli għall-immigranti jrid jipprovdi livell ta’ għixien diċenti, jiggarantixxi saħħa fiżika u mentali lill-immigranti, u liberta`. L-immigranti ma jistgħux ikunu miżmuma f’ċentru ta’ detenzjoni magħluq sakemm it-talba tagħhom tkun ipproċessata imma għandhom jingħataw kenn, pariri legali u servizzi mediċi. F’temp ta’ disa’ xhur l-adulti għandhom jitħallew jidħlu fid-dinja tax-xogħol u l-minuri għandhom jiddaħħlu fl-iskejjel fi żmien tliet xhur.

CYPRUS AIRWAYS UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL‑KUMMISSJONI EWROPEA

L-għeluq ta’ Cyprus Airways u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-għajnuna tal-istat li ngħatat kienet ‘illegali’ tibqa’ uġigħ ta’ ras għal Brussell, ...
Read More

TIGGRAVA L‑KRIŻI TAL‑IMMIGRAZZJONI FIL‑MEDITERRAN U FIL‑BALKANI

Il-Kummissjoni Ewropea għadha tittama li aktar tard din is-sena l-istati membri jaqblu mal-proposti tagħha biex ikun hemm mekkaniżmu permanenti għall-qsim ...
Read More

IR‑RIŻENJA TA’ TSIPRAS MA TTIĦDITX B’SORPRIŻA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li r-riżenja tal-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras ma kinitx sorpriża. Elezzjoni ġenerali bikrija mistennija ssir fil-Greċja fl-20 ...
Read More

‘M’HEMMX UNJONI EWROPEA, BLA RENJU UNIT’

‘Mingħajr ir-Renju Unit m’hemmx Unjoni Ewropea’ qal il-Ministru tal-Finanzi Finlandiż Alexander Stubb. Stubb qal dan lill-Ministru Ingliż George Osborne waqt ...
Read More

L‑UNGERIJA TIPPROVA TEVADI T‑TRATTAT TA’ DUBLIN

Il-gvern Ungeriż qed jibni ħajt fil-fruntiera mas-Serbja biex iwaqqaf in-numru dejjem jikber ta’ immigranti li qed jaqsmu l-Ungerija. Il-ħajt se ...
Read More

F’LULJU BAQGĦET STABBLI R‑RATA TA’ INFLAZZJONI FIŻ‑ŻONA EWRO ‑ B’0.2%

L-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro u fl-Unjoni Ewropea bejn Ġunju u Lulju baqgħet stabbli. Skont il-Eurostat, f’Lulju l-inflazzjoni fiż-żona ewro baqgħet 0.2% ...
Read More

MA JISTGĦUX JISTADU GĦAT‑TONN

Il-Kummissjoni Ewropea nhar it-tnejn 24 ta’ Awwissu addottat regola li tipprojbixxi bastimenti tas-sajd ‘purse seiners’ li jtajru l-bandiera jew huma ...
Read More

STRESS TESTS GĦALL‑BANEK EWROPEJ

Bejn 50 u 60 bank fiż-żona ewro se jsirulhom ‘stress tests’ fl-2016. L-istress tests se jsiru mill-Awtorita` tal-Bankiera Ewropej bil-kollaborazzjoni tal-Bank Ċentrali ...
Read More

L‑UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA (EMU)

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) tinvolvi l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali, politika monetarja komuni, u munita komuni, l-ewro. Fl-Unjoni Ekonomika ...
Read More

JHEDDU LI JWAQQFU S-SUSSIDJU LILL-EURONEWS

Wara li l-biljunarju Eġizzjan Naguib Sawiris xtara l-parti l-kbira tal-ishma tal-Euronews u qed iwiegħed stabilita` finanzjarja, politiċi kemm tax-xellug u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment