L-Unjoni Ewropea jista’ jkollha tkabbir sostenibbli permezz ta’ riformi strutturali. Is-soluzzjonijiet l-oħra ġew eżawriti jew użati kollha. Dan qalu Angel Gurria, Segretarju tal-OECD meta indirizza l-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew. Gurria semma kif ir-rati baxxi ta’ interessi u r-rati għolja ta’ dejn pubbliku qed iwaqqfu l-imbuttatura li jeħtieġu l-baġits. Huwa qal li l-gvernijiet nazzjonali biss jistgħu jagħmlu dawk ir-riformi li jistgħu joħolqu tkabbir ekonomiku u sostenibbli. Tkabbir ċkejken, differenzi fid-dħul tal-persuni u livelli għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ joqtlu l-fidi fl-istituzzjonijiet. Fl-istess laqgħa il-MEP Malti Alfred Sant staqsa lil Gurria x’futur jara għall-pajjiżi ż-żgħar li jispeċjalizzaw fis-servizzi finanzjarji. Gurria qal li l-pajjiżi li jispeċjalizzaw f’dan is-settur m’għandhomx jiġu affettwati ħażin, anzi għandhom imorru aħjar.
Segwi l-intervent bejn Alfred Sant u Angel Gurria fuq din il-link:

Facebook Comments

Post a comment