L-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm ta’ tmexxija tal-Gvern Laburista. Ftit jista’ jkun hemm messaġġ aktar ċar minn hekk. Hu messaġġ kredibbli għax jorbot ma’ kif żviluppaw l-affarijiet taħt tmexxija soċjalista f’Malta fis-snin li għaddew, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.

Dawk li jogħxew meta jisimgħu MEPs Maltin u Ewropej jikkritikaw u jikkundannaw lill-Gvern Malti dwar is-Saltna tad-Dritt jagħlqu ħalqhom dwar il-kundanna tal-Parlament Ewropew għall-fatt li Malta ma daħħlitx l-abort. Dawn ma jikkummentawx meta jirrealizzaw li bil-ġudizzji tiegħu,  il-Parlament Ewropew jikkundanna wkoll lil Malta għax ma daħħlitx l-abort.

“Dawk il-Maltin li jxewxu lill-Parlamentari Ewropej dwar is-saltna tad-dritt f’Malta qed iwittu t-triq biex il-biċċa tal-abort tinfetaħ fostna mill-Ewropej. Dawk il-barranin li qed jagħtuhom palata biex il-kwistjoni tas-Saltna tad-Dritt tibqa’ titqanqal, malajr jistgħu jduru fuqhom u jgħidulhom: Isimgħu, dan kif dwar is-Saltna tad-Dritt fil-każ tat-tmexxija tal-gvern il-ħin kollu timbuttaw, imma dwar l-abort ma ssemmu xejn?” qal Alfred Sant.

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=eM_AEslWe3Q

egrant

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW

Ġimagħtejn qabel l-elezzjoni tal-2017 Alfred Sant waqqaf diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-gidba tal-Egrant fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ta’ ...
Read More
_0006_bigben

DIVORZJU DIŻORDINAT SE  JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA

It-tluq tar-Renju Unit mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea jista’ jaffettwa negattivament l-integrazzjoni finanzjarja u jolqot ħażin is-swieq internazzjonali u l-operazzjonijet tan-negozju ...
Read More
mission-sofia-med

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI

Il-Missjoni navali ta’ salvataġġ tal-UE - Sophia se titkompla għal sitt xhur oħra mingħajr il-flotta tal-vapuri. L-Istati Membri qablu li ...
Read More
_0003_deutsche-bank

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT

Fil-Kummissjoni Ewropea jeżisti żbilanċ, li huwa tanġibbli ħafna, kontra l-istati ż-żgħar u l-istituzzjonijiet kummerċjali tagħhom. Allura, il-każ tal-Bank Pilatus f’Malta ...
Read More
_0004_alfred-sant

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA

Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li l-membri f’dan il-Parlament jiffaċċjaw il-fatti b’onestà, ...
Read More
_0000_abortion

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA

L-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm ta’ tmexxija tal-Gvern Laburista. Ftit jista’ jkun hemm messaġġ aktar ċar minn hekk. Hu ...
Read More
_0003_ryanair-aircraft

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM

Ryanair saret waħda mill-aktar għaxar kumpaniji fl-Ewropa li jħammġu l-arja, minkejja li mhix Power Station li taħdem bil-faħam. Id-disa’ kumpaniji ...
Read More
_0001_prison-cell

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA

Komplew jonqsu l-għadd ta’ priġunieri fil-ħabsijiet fl-Ewropa . Ir-Russja għandha l-akbar għadd ta’ priġunieri b’418.3 prġunier minn kull 100,000 tal-popolazzjoni ...
Read More