Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermaw tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE fl-2017, b’rata ta’ tkabbir ta’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku, kemm fiż-żona ewro kif ukoll fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Is-sena l-oħra, fil-pajjiżi kollha tal-UE kien hemm tkabbir ekonomiku, minkejja differenzi kbar bejn l-istati membri (minn 7.3% tal-PGD fl-Irlanda għal 1.5% tal-PGD fl-Italja).

It-tbassir ekonomiku għas-snin 2018 u 2019 ukoll huma pożittivi – 2.3% tal-PGD fl-2018 u 2.0% tal-PGD għall-2019. Il-Kummissjoni qalet li kien hemm titjib fis-suq tax-xogħol u aktar kunfidenza fin-negozju. L-inċertezza dwar it-tkabbir ekonomiku naqset, għalkemm xorta fadal l-inċertezza li se toħloq il-Brexit.

Facebook Comments

Post a comment