Il-Kummissjoni Ewropea żiedet l-Arabja Sawdija fil-lista s-sewda minħabba r-rifjut tagħha li twaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus. Entitajiet Ewropej li jsellfu l-flus jeħtieġu jagħmlu aktar kontrolli bir-reqqa qabel iwettqu pagamenti lil entitajiet f’dan il-pajjiż.

Minbarra l-Arabja Sawdija fil-lista s-sewda tal-UE insibu 23 pajjiż rinomati għal ħasil ta’ flus – Panama, Niġerja, Libja, Botwana, Ghana, Samoa, Bahamas, American Samoa, US Virgin Islands, Puerto Rico, Guam, Afghanistan, North Korea, Ethiopia, Iran, Iraq, Pakistan, Sri Lanka, Sirja, Trinidad u Tobago, Tuniżija, u Yemen.

Il-lista s-sewda tinkludi pajjiżi u nħawi fid-dinja mhux biss ħatja ta’ kontrolli laxki fil-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, imma wkoll ta’ nħawi li jirrifjutaw li jikkooperaw mal-UE fuq kwistjonijiet ta’ trasparenza dwar min huma s-sidien ta’ kumpaniji u trusts.

It-28 stat Ewropew għandhom xahar biex jendorsjaw il-lista l-ġdida li tinkludi l-Arabja Sawdija. Ir-Renju Unit diġa` qed toġġezzjona li dan il-pajjiż tniżżel fil-lista.

L-Arabja Sawdija huwa suq ewlieni għal entitajiet tar-Renju Unit li jsellfu l-flus – bħal Royal Bank of Scotland u HSBC.

“Pajjiżna impenjat fil-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u se nkomplu ntejbu l-qafas leġiżlattiv biex niksbu l-għan tagħna.” qal il-Ministru tal-Finanzi tal-Arabja Sawdija Mohammed al-Jadaan.

Il-Kummissarju Vera Jourova qalet li l-Kummissjoni qed tifli bir-reqqa pajjiżi oħra li jinkludu r-Russja, Londra u l-Ażerbajġan.

NIDDEFENDU LIŻ-ŻGĦIR FIL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Partit Laburista se jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament Ewropew. Dan qalu l-MEP Alfred Sant, waqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħuda fl-Unjoni ...
Read More

L-ISTATI UNITI U L-EWROPA MA JAQBLUX DWAR L-IRAN

IL-Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence saħaq li l-pajjiżi Ewropej għandhom jimitaw lil pajjiżu u jirtiraw mill-ftehim nukleari tal-2015 mal-Iran ...
Read More

NEGOZJU TAŻ-ŻEJT BL-EWRO

L-Unjoni Ewropea laqqgħet grupp tal-ġganti Ewropej tal-enerġija bħal OMV, Eni, Fluxys u Engie bil-għan li l-ewro tieħu post id-dollaru Amerikan ...
Read More

ELEZZJONI QABEL IŻ-ŻMIEN GĦAL SPANJA

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez ħabbar elezzjoni bikrija fit-28 ta’ April, 9 xhur biss minn mindu sar Prim Ministru, wara li ma ...
Read More

IL-ĦIDMA AGRARJA JIXIRQILHA KULL APPOĠĠ

L-MEP Laburista Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħidma agrarja ta’ familja tal-bdiewa minn Ħad-Dingli li jaħdmu art agrikola fil-wied tar-raħal ...
Read More

IL-QGĦAD FI FRANZA JMISS IL-QIEGĦ

Il-qgħad fi Franza niżel fl-inqas livelli mill-2009 lil hawn. Dan minkejja d-dimostrazzjonijiet ta’ dawk imlaqqma bħala tal-'ġakketta safra' u minkejja ...
Read More

DAQSHEKK PRODUZZJONI TAL-AIRBUS

Airbus ħabbret li sal-2021 tkun waqfet il-produzzjoni tal-A380 , l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri. Dan wara li l-linja tal-ajru Emirates naqqset il-flotta ...
Read More

L-ARABJA SAWDIJA FIL-LISTA S-SEWDA

Il-Kummissjoni Ewropea żiedet l-Arabja Sawdija fil-lista s-sewda minħabba r-rifjut tagħha li twaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus. Entitajiet Ewropej li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment