L-Awstrija ħadet passi legali fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra l-UE għax tat permess lill-Ungerija tkabbar impjant nukleari f’Budapest. L-espansjoni se ssir permezz ta’ self mir-Russja ta’ €10 biljuni.

Dan huwa l-uniku impjant nukleari li għandha l-Ungerija u jissupplixxi 40% tal-elettriku f’dan il-pajjiż ġirien mal-Awstrija.

“L-enerġija nukleari ma għandhiex ikollha post fl-Ewropa. Mhux se niċċaqalqu minn din il-pożizzjoni, l-anqas b’ċentimetru,” qalet il-Ministru tas-Sostenibilita` Awstrijaka Elisabeth Koestinger.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni Ewropea qalet li dan il-proġett jimxi mar-regoli Ewropej tal-għajnuna tal-istat. L-Awstrija ma taqbilx.

L-Impjant nukleari tal-Ungerija nbena fis-snin tmenin tas-seklu l-ieħor b’teknoloġija Sovjetika. Il-bini ta’ żewġ reatturi ġodda jagħmel parti minn ftehim bejn il-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban u l-alleat tiegħu Russu l-President Vladimir Putin. Ix-xogħol li se jsir mill-aġenzija tal-istat Russa Rosatom jirdoppja l-kapaċita` tal-impjant biex jiġġenera l-enerġija.

Kritiċi tal-Gvern Ungeriż jgħidu li r-Russja ngħatat il-kuntratt mingħajr ħruġ ta’ tender miftuħ. Fl-2015 il-parlament Ungeriż ivvota biex iżomm il-ftehim sigriet għal tletin sena, b’kelliema għal gvern Ungeriż jgħidu li dan huwa fl-interess tas-sigurta` nazzjonali u bil-kritiċi jgħidu li dan sar biex tinħeba l-korruzzjoni.

L-Awstrija ilha mis-snin sebgħin kontra n-nukleari meta b’vot qawwi l-popolazzjoni Awstrijaka għażlet li twaqqaf l-unika impjant nukleari fl-Awstrija milli jopera.

Fl-2015 l-Awstrija wkoll ilmentat kontra l-għajnuna tal-istat li ngħata impjant nukleari fir-Renju Unit u argumentat li l-enerġija atomika mhix sostenibbli u ġġorr riskju kbir.

MALTA M’GĦANDHIEX IĠĠORR PIŻIJIET ŻEJDA TAL-POLITIKA TAD-DIFIŻA TAL-UE

Malta m’għandhiex titgħabba bil-piżijiet żejda tal-politika militari tal-Unjoni Ewropea. Dawk l-istati membri li għażlu li jibqgħu barra mill-politika komuni ta’ ...
Read More

LEJN GWERRA KUMMERĊJALI

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed jhedded li jimponi taxxa fuq l-importazzjoni tal-karozzi mill-Unjoni Ewropea. Trump qal li pajjiżi oħra ...
Read More

IL-PARLAMENT EWROPEW IĦADDAN IL-BIDLA F’GĦAWDEX

L-Artisti Għawdxin Christopher Saliba, Rachel Galea, Manuel Farrugia u Anthony Caruana qed jesebixxu 24 xogħol tal-arti bit-tema ‘Inħaddnu l-bidla f’Għawdex’, ...
Read More

€150 MILJUN GĦAR-RITORN TAL-IMMIGRANTI

Il-Kummissjoni Ewropea se toħroġ €150 miljun biex tiffinanzja programmi ta’ għajnuna għar-ritorn volontarju tal-immigranti u l-integrazzjoni tagħhom fl-Afrika. €115 miljun ...
Read More

MITEJN SENA BIEX L-ISTATI BALKANI JLAĦĦQU MAL-UE

L-istati Balkani tal-Punent jeħtieġu żieda fil-produttivita` u fit-twettiq tar-riformi qal il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), inkella jridu jgħaddu mitejn ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA IMPJANT NUKLEARI F’BUDAPEST

L-Awstrija ħadet passi legali fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra l-UE għax tat permess lill-Ungerija tkabbar impjant nukleari f’Budapest. L-espansjoni se ssir ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA DWAR TASSAZZJONI FL-UE PERIKOLUŻI GĦAL MALTA

Id-dħul finanzjarju li fuqu Malta tiċċarġja t-taxxi jew li huwa taxxabbli se jonqos bin-nofs bi proposta ġdida dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxi ...
Read More

470, 000 PERSUNA FIS-SENA BIL-KANĊER TAL-MUSRANA L-KBIRA FL-EWROPA

Il-kanċer tal-musrana l-kbira huwa t-tieni l-aktar kanċer komuni fl-Ewropa. Kull sena, madwar 470, 000 persuna timrad bih. Nofshom imutu. Filwaqt ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment