L-Awstrija bdiet tibni ħajt 37km twil u għoli 2 metri matul il-fruntiera tagħha mas-Slovenja. L-Awstrija, bħas-Slovenja, hija membru taż-żona Schengen. Il-ħajt se jinbena biex ikun kontrollat aħjar il-mewġ ta’ immigranti. Il-Gvern Awstrijaku, magħmul minn koalizzjoni bejn il-partit Soċjal Demokratiku u dak Konservattiv, ħabbar il-bini tal-ħajt qabel l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi tat-13 ta’ Novembru. Il-ħajt se jkun mingħajr ‘barbed wire’, jista’ jerġa’ jitneħħa malajr u huwa skont ir-regoli tax-Schengen.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Awstrija informatha dwar il-kontrolli temporanji li dan il-pajjiż se jibda jwettaq fil-fruntieri interni tiegħu. L-awtoritajiet Awstrijaċi jixtiequ jiżguraw li n-numru kbir ta’ immigranti li qed jidħlu f’pajjiżhom, ma jevitawx il-kontrolli billi jibqgħu deħlin minn imkejjen oħra. Il-Kummissjoni qalet li dawn il-miżuri jimxu mar-regoli tax-Schengen, ġaladarba dawn ikunu miżuri temporanji li permezz tagħhom ikun hemm aktar protezzjoni u ordni fil-fruntieri.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL29
Read More
MHUX AĊĊETTABBLI LI L-FRONTEX JIPPREVALI FUQ IL-KOMPETENZI NAZZJONALI
Read More
L-ISTATI UNITI MWERWRA MINN ‘TERRORISTI EWROPEJ’
Read More
L-AWSTRIJA TIBNI ĦAJT MAS-SLOVENJA
Read More
413,800 JITOLBU L-AŻIL FL-UE
Read More
IL-ĠERMANJA TINSISTI LI L-PAJJIŻI TAL-UE JOĦORĠU €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA
Read More
MEPS MALTIN U ĊIPRIJOTTI F’MINORANZA KONTRA L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI
Read More
SOLUZZJONIJIET EWROPEJ LI JAQBLU GĦAL MALTA
Read More
IĊ-ĊAQLIQ TAL-ĦADDIEMA L-AKTAR GĦADMA IEBSA GĦAR-RENJU UNIT
Read More
JEĦTIEĠ EVALWAZZJONI TAL-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA
Read More
IĊ-ĊAVETTA GĦAD-DĦUL TAS-SERBJA FL-UE
Read More
MALTA T-TIELET BL-AKTAR TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TINVESTIGA LIL McDONALD’S
Read More
IL-LUSSEMBURGU TIKKONSIDRA APPELL KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA
Read More
IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA ESTIŻI B’SITT XHUR
Read More
X’INHUMA L-FONDI TERRITORJALI U X’INHU L-ITALJA/MALTA
Read More
CHRISTMAS MARKETS
Read More
Post a comment