Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldis Dombrovskis qal li l-UE ma tistax tagħti garanziji li – irrispettivament mir-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit – iċ-ċittadini tal-UE b’insurance privata u b’kuntratti ta’ pensjoni ma’ kumpaniji Britanniċi jkunu mħarsa u li jibqgħu jgawdu l-intitolamenti ta’ dak li ħallsu u dak li qegħdin iħallsu. Dombrovskis kien qed jirreaġixxi għal kummenti diretti ta’ Alfred Sant fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON) li ddiskuta l-istabbilita` finanzjarja fl-Ewropa.

Dombrovskis qal li n-negozjati għadhom għaddejjin, baqa’ l-mistoqsijiet u r-regolaturi qegħdin janalizzaw il-kontinwita` tal-kuntratti.

Dr Sant qal lil Dombrovskis li l-kontinwita` tal-kuntratti saret kwistjoni ewlenija tal-Brexit għaliex il-ftehimiet eżistenti huma strutturati li jagħtu l-awtorizzazzjoni tal-kumpaniji li joperaw in-negozji fl-istati membri tal-UE.

Alfred Sant qal li għad hemm xettiċiżmu fl-UE dwar il-‘crypto-currencies’, bl-enfasi tkun aktar fuq ir-riskji milli fuq l-opportunitajiet.

“Mill-aspett pożittiv, x’inhuma l-vantaġġi fuq livell tal-UE għall-avvanzi tal-‘crypto-currency’ fis-swieq finanzjarji?  Alfred Sant staqsa lil Dombrovskis.

Dombrovskis qal li l-Bank Ċentrali Ewropew jenfasizza li l-Ewro hija l-unika munita fl-UE. “Il-‘crypto-currencies iridu jkunu suġġetti għar-regoli ta’ kontra l-ħasil ta’ flus.” qal Dombrovskis.

IL-POPULISTI MA JRIDUX ESPERTI FINANZJARJI JMEXXU L-ITALJA

L-Ewropa tistenna l-iżviluppi fl-Italja wara li l-President Taljan Mattarella ma aċċettax il-ħatra ta’ Paolo Savona bħala Ministru tal-Finanzi fil-gvern li ...
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI, JIŻDIEDU FIL-LVANT

Kien hemm tnaqqis fil-wasliet tal-immigranti fil-Mediterran Ċentrali, iżda żdiedu l-immigranti fil-Lvant tal-Mediterran. F’April kien hemm 10, 500 traġitt irregolari fir-rotot ...
Read More

JIKKONTESTA DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR MALTA

F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li qalet li rakkomandazzjonijet speċifiċi dwar ‘non-performing loans’ kienu indirizzati ...
Read More

ALI KHAMENEI JŻID IL-PRESSJONI FUQ L-EWROPEJ

Il-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qed jitfa’ pressjoni fuq l-Ewropej, b’lista ta’ ilmenti għal pajjiżu biex jibqa’ ...
Read More

IL-BULGARIJA BARRA Ż-ŻONA EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Bulgarija għadha ma laħqitx il-kundizzjonijiet kollha biex tadotta l-munita ewro f’analiżi dwar il-pajjiżi futuri kandidati biex ...
Read More

L-EBDA GARANZIJA  DWAR PENSJONIJIET U INSURANCES WARA L-BREXIT

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldis Dombrovskis qal li l-UE ma tistax tagħti garanziji li – irrispettivament mir-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit ...
Read More

RESTRIZZJONIJIET FUQ GAZPROM

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex timxi ma’ numru ta’ regoli bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass ...
Read More

FAVUR FINANZJAMENT SOSTENIBBLI GĦALL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI

L-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Dan qalu Alfred Sant meta ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment