Il-Parlament Albaniż għadda liġi li tipprojbixxi l-logħob tal-azzard u tirrestrinġi l-operat tal-Casinos biex tipprova tnaqqas il-kriminalita` organizzata. Il-liġi tipprojbixxi wkoll l-imħatri ‘online’ u r-riklamar għal-logħob tal-azzard u se tidħol fis-seħħ f’Jannar.

L-Albanija hija l-iktar pajjiż fqir fl-Ewropa, għandha popolazzjoni ta’ 2.8 miljun ruħ u hija d-dar ta’ aktar minn 4,200 uffiċċju tal-imħatri.

L-Albaniżi jonfqu madwar €150 miljun kull sena fl-imħatri tal-isport, iżda ċ-ċifra togħla għal €700 jekk jingħaddu l-imħatri illegali.

Il-liġi tolqot ukoll lil Casinos, li wħud minnhom saħansitra jinsabu fejn l-iskejjel u se tirrestrinġihom għal-lukandi ta’ ħames stilel jew resorts tat-turisti.

“Dan huwa messaġġ ċar kontra l-kriminalita` organizzata u l-ħasil ta’ flus, imma din hija wkoll aħbar tajba għal familji u l-vittmi tal-logħob tal-azzard,” qal il-Prim Ministru Albaniż Edi Rama.

L-Oppożizzjoni, li qed tibbojkottja s-sessjonijiet parlamentari ma ħaditx sehem fil-vot li għadda b’75 vot minn 140.

MAĠĠORANZA KWALIFIKATA DWAR IT-TASSAZZJONI

Is-sena d-dieħla l-Kummissjoni Ewropea se tipprova ssib oqsma fit-taxxa fejn id-deċiżjonijiet dwarhom tkun tista’ toħodhom b’maġġoranza kwalifikata minflok b’vot unanimu ...
Read More

IĊ-ĊEKI JRIDU JKEĊĊU L-IMMIGRANTI ‘ILLEGALI’

L-Istati Ewropej għandhom ikeċċu is-618, 780 immigrant li l-Kummissjoni Ewropea qalet li huma ‘illegali’ u li qegħdin fl-Ewropa. Il-Mexxej Babis ...
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT DWAR GŻEJJER  TAL-UE APPROVATI MILL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni għal baġit anwali tal-2019 li tinkludi proposti tal-MEP Alfred Sant li jinvokaw attenzjoni speċjali għall-gżejjer tal-Unjoni ...
Read More

IL-BELĠJU JIPPREFERI AJRUPLANI TAL-ĠLIED AMERIKANI

Il-Belġju għażel li jixtri ajruplani tal-ġlied Amerikani flok dawk Ewropej, għażla li tat daqqa ta’ ħarta lill-industrija tal-gwerra Ewropea li ...
Read More

PROĊEDURI POLITIĊIZZATI FUQ KSUR TAL-VALURI FUNDAMENTALI

Il-Parlament Ewropew ma għandux jippermetti proċeduri politiċizzati li permezz tagħhom jiġu investigati allegazzjonijiet ta' ksur ta’ valuri fundamentali fl-Istati Membri ...
Read More

KONTROLL TAL-IBĦRA BRITTANIĊI

Il-Parlament Brittaniku ippreżenta leġiżlazzjoni li twassal biex il-pajjiż jerġa’ jikseb lura is-sovranita` tal-ibħra tiegħu. Ir-Renju Unit kien diġa` wera d-direzzjoni ...
Read More

JINSISTI GĦAL INVESTIGAZZJONI DWAR IR-REGOLI TAL-BAGALJI TAR-RYANAIR

Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea għandhiex pjanijiet biex issegwi fil-qrib l-investigazzjoni tal-Awtorita` tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru ...
Read More

L-EBDA LOGĦOB TAL-AZZARD FL-ALBANIJA

Il-Parlament Albaniż għadda liġi li tipprojbixxi l-logħob tal-azzard u tirrestrinġi l-operat tal-Casinos biex tipprova tnaqqas il-kriminalita` organizzata. Il-liġi tipprojbixxi wkoll ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment