Ġimagħtejn qabel l-elezzjoni tal-2017 Alfred Sant waqqaf diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-gidba tal-Egrant fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ta’ martu Michelle. L-eventwalita` ta’ diskussjoni dwar l-Egrant lejlet l-elezzjoni ġenerali ta’ sentejn ilu kienet tagħti qawwa kbira lil ċerti nies li kienu qed imexxu dik il-kampanja f’Malta. Kien hemm sforzi kbar biex il-Plenarja tal-Parlament Ewropew tiddiskuti l-akkużi tal-Egrant, iżda  Alfred Sant irnexxielu jipposponi din id-diskussjoni għal wara l-elezzjoni tal-2017 li eventwalment intrebħet mill-Partit Laburista.

Dan żvelah Alfred Sant fuq il-programm televiżiv XTRA.

“Ħafna mix-xogħol tiegħi f’Malta u fil-Parlament Ewropew kien sotterranju – jigifieri minn taħt – żammejtha apposta minn taħt għax kien importanti. Dak li għandu x’jaqsam ma’ Malta u l-Partit Laburista naħseb li l-aktar ħaġa li rnexxieli mmexxi ‘l quddiem kienet ġrat waqt li kienet għaddejja l-kampanja elettorali ta’ sentejn ilu hawn Malta fejn kien hemm il-każ tal-Egrant … li għadu ħaj u għadu kbir.”

“It-tentattivi li kien qed isir biex l-Egrant tkun diskussa fil-Plenarja kienet taffettwa l-kampanja elettorali Maltija … allura l-arranġament li għamilt permezz ta’ ċerti negozjati kien biex l-item (tal-Egrant) ma jiġix diskuss qabel imma wara l-elezzjoni Maltija. U hekk sar.”

Alfred Sant qal li għandu fiduċja fir-rettezza tal-Prim Ministru.

“Fuq l–akkużi tal-Egrant ma kellix għalfejn inkellem lil Joseph Muscat. Jien mill-ewwel emmint li Joseph Muscat ma kienx involut…..għax għandi fiduċja fih, għandi fiduċja fir-rettezza tiegħu. Jista’ jkun li għamel żbalji kemm ilu jmexxi. Imma li hu rett ma kelli l-ebda dubju dwarha. Allura ma kelli l-ebda problema fuq dik il-ħaġa.”

 

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant fuq din il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=FWnokoD2fIE

egrant

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW

Ġimagħtejn qabel l-elezzjoni tal-2017 Alfred Sant waqqaf diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-gidba tal-Egrant fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ta’ ...
Read More
_0006_bigben

DIVORZJU DIŻORDINAT SE  JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA

It-tluq tar-Renju Unit mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea jista’ jaffettwa negattivament l-integrazzjoni finanzjarja u jolqot ħażin is-swieq internazzjonali u l-operazzjonijet tan-negozju ...
Read More
mission-sofia-med

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI

Il-Missjoni navali ta’ salvataġġ tal-UE - Sophia se titkompla għal sitt xhur oħra mingħajr il-flotta tal-vapuri. L-Istati Membri qablu li ...
Read More
_0003_deutsche-bank

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT

Fil-Kummissjoni Ewropea jeżisti żbilanċ, li huwa tanġibbli ħafna, kontra l-istati ż-żgħar u l-istituzzjonijiet kummerċjali tagħhom. Allura, il-każ tal-Bank Pilatus f’Malta ...
Read More
_0004_alfred-sant

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA

Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li l-membri f’dan il-Parlament jiffaċċjaw il-fatti b’onestà, ...
Read More
_0000_abortion

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA

L-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm ta’ tmexxija tal-Gvern Laburista. Ftit jista’ jkun hemm messaġġ aktar ċar minn hekk. Hu ...
Read More
_0003_ryanair-aircraft

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM

Ryanair saret waħda mill-aktar għaxar kumpaniji fl-Ewropa li jħammġu l-arja, minkejja li mhix Power Station li taħdem bil-faħam. Id-disa’ kumpaniji ...
Read More
_0001_prison-cell

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA

Komplew jonqsu l-għadd ta’ priġunieri fil-ħabsijiet fl-Ewropa . Ir-Russja għandha l-akbar għadd ta’ priġunieri b’418.3 prġunier minn kull 100,000 tal-popolazzjoni ...
Read More