L-esklużjoni tan-nisa minn pożizzjonijiet operazzjonali u ta’ deċiżjoni xxekkel l-iżvilupp tas-soċjeta’. Dan qalu Dr. Alfred Sant, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew meta tkellem favur ‘Direttiva għan-Nisa fil-Bordijiet’. Dr. Sant qal li jaqbel ma’ dil-proposta mhux għal raġunijiet ekonomiċi biss. ‘Ma jagħmilx sens għal ebda korporazzjoni li tutilizza biss nofs il-magni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha. Dan japplika wkoll għall-‘magni umani’. In-nisa kienu qed jiġu esklużi minn pożizzjonijiet operazzjonali u ta’ deċiżjoni għal raġunijiet ideoloġiċi. Dan kien qed ixekkel l-iżvilupp sħiħ ta’ soċjetajiet, ditti u gvernijiet.’ F’Novembru 2012 il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta għal Direttiva biex jitjieb il-bilanċ fost managers mhux-eżekuttivi magħrufa bħala ‘Women on Boards’. Dan wara talba tal-Parlament biex il-KE tipproponi kwota ta’ 40% sas-2020.

Dr. Sant qal li l-kwoti kienu l-għodda biex jagħmel tajjeb għal dax-xkiel.  It-titjib fil-produttivita` jkun żgurat bl-implimentazzjoni effettiva li s-sessi jingħataw l-istess opportunitajiet. B’hekk, wara ftit, il-kwoti jsiru affarijiet tal-passat. Dawn kienu effettivi fuq livell operattiv.  Imbagħad isiru effettivi wkoll fuq pożizzjonijiet eżekuttivi, fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.

‘Qed nitkellem mill-esperjenza.’ Qal Dr. Sant. ‘F’Malta il-Partit Laburista introduċa kwoti fl-elezzjonijiet fil-Konferenza Ġenerali u l-Eżekuttiv Nazzjonali. Wara 15-il sena, il-kwoti ma kienx hemm aktar bżonnhom. L-ugwaljanza bejn is-sessi bdiet tinkiseb awtomatikament fil-proċess ‘normali’ f’dawn l-istituzzjonijiet. Kien hemm titjib fit-tħaddim tagħhom. Iżda fuq livell tal-kumitat amministrattiv tal-partit ma daħħalniex kwoti. Dan kien żball. Iddominat mill-irġiel, l-effettivita` tal-kwoti f’dan il-livell, kienet baqgħet miftuħa għad-diskussjoni’, irrimarka Dr. Sant.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL28

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI TIBQA’ L-IKBAR UĠIGĦ TA’ RAS

L-Ungerija se titla’ fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biex tappella kontra s-sistema ta’ kwoti obbligatorji għall-immigranti. Dan wara li l-parlament Ungeriż għadu ...
Read More

MIŻURI ĠODDA KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi miżuri ġodda  fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Qed tipproponi biex isiru aktar kontrolli fuq l-armi u ġlieda aktar ...
Read More

FRANZA TFITTEX IS-SOLIDARJETÀ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-Ġermanja ħabbret li se tagħti għajnuna militari lil Franza fil-ġlieda kontra l-ISIS, fosthom frejgata biex tassisti lill-aircraft carrier Franċiż Charles ...
Read More

NEFQA TA’ €600 MILJUN AKTAR GĦAL FRANZA

Il-Gvern Franċiż qal li se jonfoq €600 miljun aktar fl-2016 biex iżid il-miżuri ta’ sigurta`. B’dawn il-flus, l-istat Franċiż beħsiebu ...
Read More

L-AFRIKA GĦANDHA BŻONN ‘MARSHALL PLAN’

L-Ewropa aljenata wisq bi kriżijiet oħra biex tħaddem pjan ta’ għajnuna simili għall-Marshall Plan għall-pajjiżi Afrikani, pjan li fih l-aġenziji ...
Read More

€150 MILJUN GĦAL PROĠETTI FL-AFRIKA

L-UE se tinvesti €150 miljun f’disa’ proġetti fl-Afrika bil-ħsieb li titjieb il-governanza, id-drittijiet umani, kif ukoll l-innovazzjoni u t-tagħlim fil-kontinent ...
Read More

IL-GRIEGI U T-TOROK IMĦASSBA DWAR IL-FRUNTIERI

Il-Prim Ministru Grieg Tsipras u l-Prim Ministru Tork Davutoglu wiegħdu li se jagħmlu mill-aħjar biex jikkontrollaw il-mewġ ta’ immigranti li ...
Read More

IS-SITT MEPS MALTIN KONTRA L-PROPOSTI ĠODDA TAT-TAXXI TAL-UE

Is-sitt membri parlamentari Maltin ivvotaw kontra proposti ġodda li jġibu l-istess sistema ta’ tassazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, ...
Read More

L-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI : IS-SINSLA TAL-EKONOMIJA TAL-UE

Is-sinsla tal-ekonomija Ewropea u tal-ħolqien tal-impjiegi huma l-intrapriżi żgħar u medji. 9 minn kull 10 intrapriżi fl-Unjoni Ewropea jimpjegaw anqas ...
Read More

IT-TURKIJA WARA L-BIEB

Wara suluzzu twil ħafna snin, l-UE mistennija tiftaħ kapitli ġodda ta’ negozjati biex it-Turkija ssir membru sħiħ tal-UE, fosthom kapitlu ...
Read More

L-ESKLUŻJONI TAN-NISA XXEKKEL L-IŻVILUPP TAS-SOĊJETA’

L-esklużjoni tan-nisa minn pożizzjonijiet operazzjonali u ta’ deċiżjoni xxekkel l-iżvilupp tas-soċjeta’. Dan qalu Dr. Alfred Sant, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament ...
Read More

IL-FONDI GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

L-Unjoni Ewropea għandha fondi li jiffinanzjaw proġetti għall-iżvilupp u t-titjib fir-reġjuni differenti tagħha. Dawn jissejħu fondi għall-iżvilupp reġjonali u jistgħu ...
Read More

L-EFFETTI TAL-AGRIKOLTURA

L-agrikoltura waslet fl-Ewropa madwar 8, 500 sena ilu. Permezz tagħha, il-bnedmin ta’ dak iż-żmien bidlu l-mod ta’ għixien tagħhom u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment