Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-għajnuna finanzjarja li ta l-gvern tal-Estonja lil-linja nazzjonali ta’ pajjiżu biex issalva, kisret il-liġijiet Ewropej għax, skont il-Kummissjoni, tat vantaġġ lil Estonian Air.
Allura l-Estonian Air trid tħallas lura l-għajnuna finanzjarja li rċiviet, is-somma ta’ €85 miljun, flimkien mal-interessi u mhux se tkun intitolata biex tirċievi għajnuna finanzjarja oħra għar-ristrutturar li tammonta għal €40 miljun.
Il-Kummissjoni qalet li l-Estonian Air ilha mill-2006 tispiċċa kull sena bit-telf. Minkejja l-għajnuna mill-gvern, il-kumpanija ma rnexxilhiex issir vijabbli u kompetittiva.
F’dawn l-aħħar snin, l-Istat ta lill-Estonian Air dan il-kapital: €17.9 miljun f’Novembru tal-2010, €30 miljun maqsumin bejn Diċembru tal-2011 u Marzu 2012, self ta’ salvataġġ ta’ €37 miljun bejn Diċembru tal-2012 u Novembru tal-2014, u żieda fil-Kapital ta’ €40.7 miljun.
Fost ir-regoli tal-UE li nkisru minħabba dawn il-finanzjamenti, hija r-regola li l-kumpaniji jistgħu jirċievu għajnuna għar-ristrutturar kull għaxar snin biss. Il-Kummissjoni qalet li l-Estonian Air ma kellhiex pjan kredibbli ta’ ristrutturar li jagħmilha vijabbli mingħajr l-għajnuna tal-istat. Skont il-Kummissjoni, il-pjan ma kellux miżuri biżżejjed biex jillimitaw il-kompetizzjoni inġusta li ġabet magħha l-għajnuna tal-istat.
Minħabba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, linja nazzjonali tal-ajru Ewropea oħra kellha żżarma, kif ġara ftit tax-xhur ilu fil-kas ta’ Cyprus Airways.
FRANZA TFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE WARA L-ATTAKKI TERRORISTIĊI
Read More
IŻ-ŻONA EWRO TISTENNA SAR-REBBIEGĦA
Read More
L-EWROPA TRID TAGĦTI AKTAR PIŻ LIR-REALTAJIET NAZZJONALI TA’ KULL STAT MEMBRU
Read More
GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ĊIPRU U L-GREĊJA
Read More
€6.5 BILJUN GĦALL-FOND TAL-KOEŻJONI
Read More
IR-RATI TAT-TAXXI M’GĦANDHOMX IKUNU L-ISTESS FIL-PAJJIŻI KOLLHA TAL-UE
Read More
L-ESTONIAN AIR TRID TĦALLAS LURA €85 MILJUN
Read More
NUQQAS TA’ QBIL BEJN L-ISVIZZERA U L-UE
Read More
KUMMERĊ ĦIELES BEJN L-AWSTRALJA U L-UE
Read More
INFLAZZJONI TA’ 0.1% FIŻ-ŻONA EWRO U 0.0% FL-UE F’OTTUBRU
Read More
IL-PAJJIŻI TAL-BALKANI PRIJORITA’ GĦALL-ITALJA
Read More
ŻJIEDA FIL-PGD FIL-PERIJODU LULJU-SETTEMBRU 2015
Read More
IL-KUMMISSJONI EWROPEA TIFLI ARRANĠAMENTI TA’ TAXXI TA’ KUMPANIJI MULTINAZZJONALI
Read More
X’INHUMA L-FONDI TA’ KOEŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA
Read More
Post a comment