L-Ewropa għandha bżonn urġenti ta’ politika fuq l-immigrazzjoni lokali. Waqt li l-influss ta’ immigranti irregolari huwa ta’ inkwiet għal ħafna, uħud mill-pajjiżi tal-UE għandhom bżonn immigranti biex jaħdmu f’pajjiżhom. Hija verita` li l-problemi maħluqa minn immigrazzjoni irregolari tal-massa jistgħu jiġu biss solvuti b’titjib li jagħti tama ġdida fil-pajjiżi mnejn qed jaħarbu l-istess immigranti. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Dr. Sant qal li fl-aħħar l-Ewropa qed tipproponi li tikkontrolla t-traffikar tal-bnedmin. ‘Nittama li l-pajjiżi tal-UE jpoġġu s-solidarjeta` fuq l-aġenda politika tagħhom u jaċċettaw sistema aktar ġusta ta’ riallokazzjoni ta’ immigranti irregolari.’

Dr. Sant qal li wieħed irid iżomm prijoritajiet oħra f’moħħu. ‘Uħud mill-immigranti qed ifittxu ażil. Soluzzjoni għall-problema li ġegħlithom jitilqu minn pajjiżhom ħafna drabi tfisser azzjoni militari mill-komunita` internazzjonali li ħafna drabi mhix possibbli ssir mill-UE. L-immigranti irregolari jippruvaw itejbu ħajjithom għax f’pajjiżhom ma jeżistu l-ebda opportunitajiet. Fil-passat falliet l-għajnuna għall-iżvilupp biex ittejjeb il-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-Afrika. Irridu nifhmu għala ġara dan u mbagħad nagħmlu programm li jiġġenera l-iżvilupp u l-impjiegi’. qal Dr. Sant.

Segwi l-intervent ta’ Dr Sant ma’ Inewsmalta dwar l-immigrazzjoni

Facebook Comments

Post a comment