Alfred Sant qal li d-dwejjaq kbar li hemm fost iċ-ċittadini fl-Ewropa ġejjin mill-fatt li ma hemmx biżżejjed ġustizzja soċjali. L-għan tal-ġustizzja soċjali qed jintesa jew mhux qed jiġi implimentat u allura ċ-ċittadini ż-żgħar – li mhumiex mill-għonja, u mhumiex minn ta’ quddiem nett – qed iħossuhom maqrusin.

“Għalina s-soċjalisti huwa meħtieġ illi nibqgħu ngħidu, kemm f’pajjiżna u kemm fil-pajjiżi Ewropej – li l-aqwa valur għandu jibqa’ dak tal-ġustizzja soċjali – li iva naħsbu f’Malta l-ewwel u qabel kollox, imma qabel kollox ukoll naħsbu, fuq quddiem nett, fiż-żgħar ta’ pajjiżna.”

Alfred Sant, li tkellem fin-Naxxar fil-preżenza tal-Prim Ministru, qal li rridu nifhmu mnejn ġej dan id-dwejjaq politiku li lilna b’xi mod jew ieħor jista’ jaffettwana bil-kbir.  Apparti t-taħwid politiku fir-Renju Unit, qed iseħħu bidliet fit-tmexxija politika ta’ pajjiżi Ewropej oħra.

Sena ilu fi Franza l-President Macron kien fil-quċċata, b’ideat u proposti, kulħadd isegwi l-passi tiegħu.  Illum hemm ġlied qalil fi Franza: Il-ġlied mhux biss ta’ gangsters li qed joħorġu fit-toroq u jkissru – imma ta’ nies imdejqin li qed iħossuhom maqtugħin u minsijin.

“ Din hija l-problema li qed tiskatta minn taħt fl-Ewropa – li hemm wisq dwejjaq ta’ nies – taż-żgħar – li tħallew lura.”

Sa ftit żmien ilu Spanja kienu jgħidu li ma hemmx lemin estrem. F’daqqa waħda partit tal-lemin estrem ħa pożizzjoni ta influwenza kbira f’elezzjonijiet lokali f’Andalusija, fi  Spanja.

Sentejn ilu fl-Italja Matteo Renzi kien qisu l-istilla tiela’ tad-demokrazija Ewropea. Fejn jinsab? Minfloku hemm gvern tal-Lemin estrem li qed joħloq rebus b’intenzjoni.

Sentejn ilu fil-Ġermanja Merkel kienet  figura dominanti. Issa daħlet waħda flokha li se timxi fuq il-passi tagħha.

Il-kriżi tal-immigrazzjoni għadha ferita miftuħa. L-Ewropa kienet bdiet bl-idea li jkun hemm patt mad-dinja kollha dwar l-immigrazzjoni li ġie iffirmat imma pajjiżi sħaħ mill-Ewropa qed jgħidu li mhux se jiffirmawh.

IT-TERRORIŻMU JERĠA’ JERFA’ RASU

L-attakk terroristiku fi Strasburgu ta’ dil-ġimgħa reġa’ qanqal biża’ li t-terroristi għad jistgħu jattakkaw bliet Ewropej bla mistenni. Dan l-attakk ...
Read More

L-EWROPA TRID TIEĦU ĦSIEB LIŻ-ŻGĦIR

Alfred Sant qal li d-dwejjaq kbar li hemm fost iċ-ċittadini fl-Ewropa ġejjin mill-fatt li ma hemmx biżżejjed ġustizzja soċjali. L-għan ...
Read More

IL-LEMIN ESTREM  JIPPENETRA FL-ANDALUSIJA

VOX,  il-Partit tal-Lemin estrem Spanjol , rebaħ 12-il siġġu Parlamentari f’Andalusija.  Dan ir-riżultat ikompli juri ż-żjieda fl-appoġġ għal-partiti nazzjonalistiċi fl-Ewropa ...
Read More

ŻJIEDA TA’ 3.2% FIL-BAĠIT EWROPEW

It-tliet istituzzjonijiet tal-UE laħqu kompromess dwar l-elementi varji tal-baġit tal-UE għall-2019, inkluża żjieda ta' 3.2% fuq dik tal-2018. Id-delegazzjoni tal-Parlament ...
Read More

JINNEGOZJAW L-ENERĠIJA BL-EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq issaħħaħ ir-rwol tal-ewro fix-xena internazzjonali permezz ta’ użu usa’ tal-munita fis-swieq internazzjonali tal-enerġija.  Il-kont tal-enerġija annwali tal-UE, ...
Read More

SPANJA BL-AKTAR IMMIGRANTI

L-ikbar għadd ta’ immigranti din is-sena daħlu fi Spanja u mhux l-Italja. Dan ħareġ mir-rapport tal-ISMU (fondazzjoni li tispeċjalizza fuq ...
Read More

IN-NATO KONTRA ARMATA TAL-KOSOVO

Id-deċiżjoni tal-Kosovo li ddawwar il-forzi tas-sigurta` tagħha f’armata hija “deċiżjoni li qed tittieħed f’ħin ħażin” u hija “fattur ikkumplikat” qalet ...
Read More

TRASPORT B’XEJN FIL-LUSSEMBURGU

Il-Lussemburgu se jsir l-ewwel pajjiż bi trasport pubbliku b’xejn. Fil-pajjiż qed jinħoloq gvern ta’ koalizzjoni bil-wegħda li jelimina n-nollijiet kollha ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment