Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Italja, Franza, Ġermanja, Renju Unit u Spanja flimkien kitbu lis-Segretarju tat-Teżor Amerikan Steven Mnuchin biex jesprimu t-tħassib tagħhom dwar ir-riformi fit-taxxa li qed isiru fl-Istati Uniti.
Il-ħames ministri saħqu li għalkemm huwa dritt sovran li pajjiż ikollu sistema ta’ taxxa moderna, kompetittiva u b’saħħitha, huwa importanti li filwaqt li l-gvern Amerikan jeżerċita d-drittijiet tiegħu fil-qasam tat-tassazzjoni, jimxi mal-obbligi internazzjonali li pajjiżu ffirma għalihom. Il-ministri mħassba li d-dispożizzjonijiet tat-taxxa li qed tieħu l-Istati Uniti jistgħu jaffettwaw ħażin lil kummerċ internazzjonali.
Hemm diversi punti li qed iħassbu lill-Ewropej fosthom is-sistema preferenzjali għal bejgħ u liċenzjar ta’ prodotti jew servizzi Amerikani barra mill-Istati Uniti. Il-Ministri qed jilmentaw li miżura bħal din tkun qed tissussidja l-esportazzjoni. Dawn jemmnu li miżuri ta’ dan it-tip jimminaw serjament il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u l-Istati Uniti.
FIDUĊJA FIS-SENA 2018
Read More
IL-KUMMISSJONI TINVESTIGA L-IKEA
Read More
NIBGĦQU NIDDEFENDU S-SOVRANITA` TA’ MALTA
Read More
TENSJONI BEJN VARSAVJA U BRUSSELL
Read More
L-EWROXETTIĊI L-AKBAR FL-ITALJA
Read More
L-EWROPEJ IWISSU LILL-ISTATI UNITI DWAR RIFORMI FIT-TAXXA
Read More
L-IRLANDA U S-SUD TAL-ĠERMANJA L-AKTAR LI SE JINTLAQTU MILL-BREXIT
Read More
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU U L-KRIMINALITA`
Read More
Post a comment