L-aktar partit b’appoġġ popolari fl-Italja huwa l-Moviment 5 Stelle bi 29% tal-voti. Dan il-partit huwa ewroxettiku u jekk jingħata l-poter wiegħed li jagħmel referendum biex jirtira lill-Italja miż-żona ewro. Skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika l-PD – il-partit soċjal demokratiku, huwa t-tieni l-akbar partit fl-Italja b’appoġġ ta’ 28% tal-voti. Fl-Italja mistennija elezzjoni fir-Rebbiegħa tal-2018 u dawn iż-żewġ partiti, għalkemm favoriti, għadhom lura milli jġibu l-40% tal-voti biex jiggvernaw. Il-Moviment 5 Stelle jgħid li allerġiku għall-koalizzjonijiet filwaqt li l-PD jittama f’koalizzjoni biex jiggverna l-pajjiż.

Żewġ partiti tal-lemin – Forza Italia ta’ Silvio Berlusconi u l-Lega Nord ta’ Matteo Salvini jittamaw f’koalizzjoni bejniethom u ma’ xi partiti żgħar oħra biex jieħdu t-tmun tal-pajjiż. Silvio Berlusconi għandu t-toroq miftuħin hekk kif il-Partit tiegħu qiegħed fi djalogu mal-Lega Nord, partit tal-Lemin Estrem filwaqt li qed iżomm għajnejh ukoll fuq il-PD, il-Partit Soċjal Demokratiku taċ-Ċentru Xellug.

Min se jiggverna fl-Italja fl-2018 – koalizzjoni kbira, stil Ġermaniża, taċ-Ċentru Lemin u Ċentru Xellug jew il-partiti tal-Lemin u l-Lemin Estrem? Fit-tbassir Berlusconi, li issa jgħodd wieħed u tmenin sena, dejjem għandu sehem fl-istorja.

 

FIDUĊJA FIS-SENA 2018

Malta se jkollha żewġ sfidi iebsa ewlenin fl-Ewropa fl-2018, dik ta’ trasparenza sħiħa fis-servizzi finanzjarji u l-inizjattivi Ewropej biex iqarrbu ...
Read More

IL-KUMMISSJONI TINVESTIGA L-IKEA

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni fuq l-iskemi ta’ taxxa Olandiżi fil-konfront tal-kumpanija Svediża tal-għamara IKEA u sussidjarji tagħha bejn l-2006 u ...
Read More

NIBGĦQU NIDDEFENDU S-SOVRANITA` TA’ MALTA

Id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew se tibqa’ magħquda biex tħares is-sovranita` tal-Gvern Malti, b’mod speċjali fil-politika ta’ tassazzjoni u se tibqa’ ...
Read More

TENSJONI BEJN VARSAVJA U BRUSSELL

Il-Kummissjoni Ewropea se tibda l-proċess biex tneħħi d-dritt tal-vot lil Polonja wara li sentejn ta’ djalogu ma wasslu għal ebda ...
Read More

L-EWROXETTIĊI L-AKBAR FL-ITALJA

L-aktar partit b’appoġġ popolari fl-Italja huwa l-Moviment 5 Stelle bi 29% tal-voti. Dan il-partit huwa ewroxettiku u jekk jingħata l-poter ...
Read More

L-EWROPEJ IWISSU LILL-ISTATI UNITI DWAR RIFORMI FIT-TAXXA

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Italja, Franza, Ġermanja, Renju Unit u Spanja flimkien kitbu lis-Segretarju tat-Teżor Amerikan Steven Mnuchin biex jesprimu t-tħassib ...
Read More

L-IRLANDA U S-SUD TAL-ĠERMANJA L-AKTAR LI SE JINTLAQTU MILL-BREXIT

Ftehim dwar il-kummerċ huwa aktar importanti  għar-Renju Unit milli għall-istati membri l-oħra. Iż-żoni tal-UE li l-aktar se jintlaqtu ħażin bil-Brexit ...
Read More

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU U L-KRIMINALITA`

Il-Kummissjoni Ewropea talbet lil Kunsill tal-Unjoni Ewropea jawtorizza negozjati biex jintlaħaq ftehim bejn l-UE u l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, Ġordan, Lebanon, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment