Fil-Ġermanja l-proċess għal formazzjoni ta’ koalizzjoni jaf jieħu x-xhur. Il-partiti ż-żgħar li magħhom se jkollha taħdem Angela Merkel għandhom ideat differenti dwar it-tmexxija taż-żona ewro, l-integrazzjoni fi ħdan l-UE u dwar il-politika ta’ difiża u dik ambjentali. Il-pjanijiet Ewropej tal-futur diġa` qed isibu l-ewwel intoppi. Il-qawmien tal-lemin estrem fil-Ġermanja u t-tnaqqis sostanzjali ta’ appoġġ elettorali għas-Soċjalisti Demokratiċi (SPD) u għad-Demokristjani ta’ Merkel (CDU) qegħdin fuq l-aġenda politika fl-Ewropa.

Angela Merkel kisbet rebħa ‘morra’ minkejja li CDU rebaħ maġġoranza ta’ voti (33%) għar-raba’ darba konsekuttiva.  Merkel tilfet ħafna mill-appoġġ mill-aħħar elezzjoni tal-2013. Issa għaliha beda uġigħ ta’ ras ġdid, dak li tifforma koalizzjoni ma’ partiti oħra biex tkun tista’ tiggverna.

Il-Partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi, għalkemm baqa’ t-tieni l-akbar partit fil-Ġermanja, ġab 20.5% tal-voti – l-agħar riżultat li qatt kiseb dan il-partit minn wara t-tieni gwerra dinjija lil hawn. Is-Soċjalisti diġa` qalu lil Merkel li mhux se jagħmlu koalizzjoni mal-partit tagħha. Dan għaliex fil-leġiżlatura li għaddiet b’koalizzjoni mal-partit ta’ Merkel tilfu l-identita` tagħhom u wasslu biex tilfu ħafna appoġġ mill-votanti.

Il-Partit tal-lemin estrem (AfD) sar it-tielet l-akbar partit fil-Ġermanja (12.6% tal-voti) u daħal fil-Bundestag, post li minn wara l-gwerra ’l hawn qatt ma rifes fih.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li l-Ewropa teħtieġ Ġermanja b’saħħitha biex tfassal il-futur tal-kontinent Ewropew. Juncker qed jittama li l-koalizzjoni twassal biex Merkel tibqa’ l-kaptan li tmexxi l-politika Ewropea.

 

L-ISTESS ŻARBUN GĦAL MALTA

Alfred Sant talab formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonsidra li ttawwal iż-żmien tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni bi tnax-il xahar, skont ix-xewqa tal-industrija ...
Read More

L-EWWEL INTOPPI GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA

Fil-Ġermanja l-proċess għal formazzjoni ta’ koalizzjoni jaf jieħu x-xhur. Il-partiti ż-żgħar li magħhom se jkollha taħdem Angela Merkel għandhom ideat ...
Read More

IL-KATALONJA FIL-LIMBU

Ir-relazzjonijiet komplikati ta’ Spanja mal-Katalonja komplew sejrin fil-limbu hekk kif il-mexxej Katalan Carles Puigdemont ħabbar li l-Katalonja se tiddikjara l-indipendenza ...
Read More

MITT NEGOZJU BRITANNIKU JITOLBU TRANŻIZZJONI SA TLIET SNIN WARA L-BREXIT

Aktar minn mitt negozju attiv fir-Renju Unit, li jirrappreżentaw aktar minn 500, 000 impjieg fir-Renju Unit u aktar minn 600, ...
Read More

L-EWWEL KONKLUŻJONIJIET DWAR IT-TURKIJA GĦAL NOFS OTTUBRU

L-ewwel konklużjonijiet dwar is-sħubija tat-Turkija fl-UE mistennija joħorġu wara s-summit tal-mexxejja tal-istati membri tal-Kunsill tal-UE f’nofs Ottubru. Id-dibattitu dwar it-Turkija ...
Read More

BUDAPEST TWIEGĦED BATTALJA POLITIKA U LEGALI

L-Ungerija qalet li se tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-kwoti obbligatorji tal-immigranti iżda se tiġġieled din it-tip ta’ politika ...
Read More

TIBDIL FIR-REGOLI TAX-SCHENGEN

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tadatta r-regoli tal-Kodiċi tax-Schengen biex iwieġbu aħjar għat-theddid dwar is-sigurta` li qed jaffaċċjaw numru ta’ ...
Read More

IL-KE TRID ISSAĦĦAĦ IŻ-ŻONA EWRO

Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici ippreżenta l-isfidi li se taffaċċja ż-żona ewro fix-xhur li ġejjin. Moscovici esprima ruħu b’mod ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment