Illum tasal Malta delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tinvestiga s-sitwazzjoni dwar l-istat tad-dritt f’pajjiżna. Din iż-żjara qed issir fuq proposta tal-Gvern Malti biex id-deputati Ewropej ikunu jistgħu jaraw b’għajnejhom, f’pajjiżna stess, u jagħmlu l-iskrutinju tagħhom dwar kemm huma minnhom l-allegazzjonijiet li saru kontra l-Gvern Malti.

Fost dawk li se jżuru Malta hemm Deputati Ewropej li diġa` tkellmu b’mod abbużiv dwar pajjiżna.  Dawn se jiltaqgħu ma’ ħafna fostna li diġa` huma preġudikati kontra l-Gvern Malti, min għal raġuni min għal oħra. Huwa importanti li d-delegazzjoni tesplora r-realtajiet ta’ pajjiżna, tfittex il-fatti u mbagħad tasal għall-konklużjonijiet tagħha. Ma jistax isir bil-maqlub. Ma jistgħux l-ewwel ifajru allegazzjonijiet bla bażi, imbagħad jipprovaw joħolqu l-fatti biex jiġġustifikaw l-attakki tagħhom.

Fl-aħħar ġranet rajna li wħud mill-Ewroparlamentari kienu biss interessati fl-aġenda partiġġjana tagħhom. Kien eħfef għal dawn li jinjoraw ir-realtajiet ta’ pajjiżna biex jiżirgħu d-dubji dwar il-mottivi tal-Gvern Malti. Dan il-Gvern ġie ri-elett b’maġġoranza assoluta li l-ebda partit fil-Parlament  Ewropew  m’għandu.  Bis-saħħa tiegħu Malta kisbet l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Ewropa kollha waqt li baqgħet tiżgura li tkun irrispettata s-saltna tad-dritt u l-liberta` tal-espressjoni.

Bl-ebda mod m’għandna nappoġġjaw lil min għandu kull interess li jattakka s-sistema tat-tassazzjoni u tas-settur finanzjarju f’pajjiżna li jammonta għal 20% tal-ekonomija tagħna. Dak li ħloqna flimkien irridu nibżgħu għalih flimkien.

L-EWWEL JIĠBRU L-FATTI, IMBAGĦAD JIKKONKLUDU

Illum tasal Malta delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tinvestiga s-sitwazzjoni dwar l-istat tad-dritt f’pajjiżna. Din iż-żjara qed issir fuq proposta tal-Gvern ...
Read More

L-ISTESS ŻARBUN MA JIĠIX SEW LILL-BANEK IŻ-ŻGĦAR

Alfred Sant qal lill-Kummissjoni Ewropea li l-metodu ta’ one size fits all qed iħalli impatt negattiv fuq il-banek iż-żgħar u talabha tirrevedi ...
Read More

JITLEF IL-PAĊENZJA DWAR FRODI TAT-TAXXA

Il-Kummissarju Ewropew għat-Tassazzjoni, Pierre Moscovici, ma jridx jitlef aktar ħin biex tissolva l-problema tal-frodi fit-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.  B’mod partikolari ...
Read More

ĠUDIZZJU DWAR IŻ-ŻONA EWRO  

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet l-opinjoni tagħha dwar il-baġits tat-tmintax-il pajjiż taż-żona ewro, bl-eċċezzjoni tal-Greċja. Il-Kummissjoni hija mħassba dwar il-baġit ta’ Franza ...
Read More

L-EWROPA TRID TINDIRIZZA D-DISKREPANZI FI ĦDANHA

Il-proġett Ewropew għandu jiffoka fuq il-mudell soċjali tiegħu, imma qabelxejn għandu jindirizza d-diskrepanzi u l-kontradizzjonijiet li nħolqu bit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

SPANJA FAVUR ĦABS GĦALL-POLITIĊI KATALANI

Il-Gvern Spanjol qal lil Donald Tusk u lil Jean-Claude Juncker li r-referendum Katalan ma rrispettax il-Kostituzzjoni Spanjola u għadda biss ...
Read More

JARA LIL MOSKA FIL-POLONJA

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk akkuża lil Gvern Pollakk li qed imexxi bi stil politiku li jfakkru fil-Kremlin. Tusk ...
Read More

XEJN ĠDID DWAR IL-LVANT TAL-EWROPA

Waqt is-summit fuq il-Partnership bejn il-pajjiżi tal-Lvant - Armenia, Azerbaijan, Belarus, Georgia, Moldova u Ukraina - u l-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment