Irridu niżguraw is-suċċess għall-industriji żgħar u medji fl-Ewropa billi naraw li l-għajnuniet li jingħataw jitħaddmu b’mod aktar effettiv. Irridu nifhmu għala xi industriji Ewropej ta’ daqs żgħir jew medju ma jagħmlux suċċess, jekk hux minħabba nuqqas ta’ appoġġ mill-banek jew minħabba problemi burokratiċi eċċessivi li joħonquhom waqt li jipprovaw jiżviluppaw in-negozji tagħhom. Eżerċizzju bħal dan huwa importanti daqs kemm huwa importanti li nisimgħu dwar stejjer ta’ suċċess fost dawn l-industriji, qal Dr Alfred Sant waqt li indirizza l-konferenza “Industriji żgħar u medji jaspiraw aktar bil-Eurostars” fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Il-konferenza ffokat fuq il-potenzjal tal-Programm ta’ fondi EUROSTARS għat-tkabbir tal-Intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fl-UE organizzata mill-EUREKA.
L-Ewroparlamentari Malti saħaq li l-industriji żgħar u medji tal-UE huma bbażati ħafna fis-swieq lokali tagħhom u ftit jiċċaqalqu f’postijiet oħra fl-UE. Mistoqsi għala l-industriji żgħar u medji fl-UE qed imorru anqas tajjeb minn dawk fl-Istati Uniti, Dr Sant qal li fl-UE l-industriji ta’ dan it-tip huma aktar ibbażati mis-self tal-bank meta kkomparati ma’ dawk fl-Istati Uniti. Fl-Ewropa hemm attitudni aktar kawta biex jinħoloq negozju fl-UE meta kkomparat mal-Istati Uniti.
Il-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Eurostars mill-qasam tal-EUREKA huma it-28 stat membru tal-UE, il-Kanada, Islanda, Iżrael, Norveġja, l-Afrika t’Isfel, Korea t’Isfel, Svizzera u Turkija. EUREKA hija network intergovernattiva li taħdem b’fondi pubbliċi u li tinvolvi 40 pajjiż. Timmira li żżid il-kompetittivita` permezz ta’ imprenditorija innovattiva fl-Ewropa, bejn industriji żgħar u kbar, istituti ta’ riċerka u universitajiet.
L-UNJONI EWROPEA M’GĦANDHIEX SOLUZZJONIJIET GĦAL GĦAWDEX
Read More
IL-BAĠITS TA’ 7 PAJJIŻI TAŻ-ŻONA EWRO FIL-MIRA TAL-KUMMISSJONI
Read More
22 MILJUN FQIR FL-EWROPA
Read More
BDEW JINTUŻAW IL-FONDI GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA
Read More
IL-PROĠETT TA’ DIFIŻA EWROPEW IŻID IX-XETTIĊIŻMU FL-EWROPA
Read More
L-GĦAJNUNIET LILL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI JRIDU JITĦADDMU B’MODI AKTAR EFFETTIV
Read More
TONQOS IL-PRODUZZJONI TAL-INBID EWROPEW
Read More
L-INĠENJU TAL-AJRU TAL-FUTUR
Read More
Post a comment