Alfred Sant intervjena fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu dwar rapport dwar l-għoti ta’ permessi ta’ ċittadinanza u residenza minn skemi ta’ investiment. Saħaq li l-għoti taċ-ċittadinanza huwa parti mid-drittijiet sovrani tal-Istati Membri u kwistjoni esklussiva ta’ kompetenza nazzjonali. Kuntrarjament għall-modi informali u arbitrarji li bihom il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bħalissa jikkonċedu ċ-ċittadinanza, l-għoti ta’ passaporti permezz ta’ investiment u residenza permezz ta’ rekwiżiti ta’ investiment huma formalizzati u soġġetti għal standards ta’ diliġenza dovuta.

Ir-rapport tal-Parlament Ewropew jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposti leġiżlattivi biex tneħħi gradwalment l-iskemi ta’ ċittadinanza u tirregola l-iskemi ta’ residenza. Huwa stmat li fuq il-bażi tagħhom, bejn l-2011 u l-2019 ‘il fuq minn 132,000 persuna kisbu residenza jew ċittadinanza fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan iġġenera ‘l fuq minn €21.8 biljun.

“Jekk wieħed irid jargumenta għal restrizzjonijiet fuq kif tingħata ċ-ċittadinanza, allura għandu jsir għall-iskemi kollha u għall-istati kollha”, saħaq Sant. Il-MPE Laburista nnota li skont ir-rapport, iċ-ċittadinanza u r-residenza bi skemi ta’ investiment jikkontradixxu l-valuri tal-Unjoni Ewropea. Jekk dan huwa minnu, kif ir-rapport qed jipprevedi wkoll l-istabbiliment ta’ “mekkaniżmu ta’ aġġustament CBI u RBI” li bih parti mid-dħul minn tali skemi tikkontribwixxi għall-baġit tal-Unjoni?


 

The granting of citizenship is part of the sovereign rights of states

Alfred Sant intervened in the plenary of the European Parliament in Strasbourg on a report about the granting of citizenship and residence permits by investment schemes. He stressed that the granting of citizenship is part of the sovereign rights of Member States and an exclusive matter of national competence. Contrary to the informal and arbitrary ways by which most European Union Member States currently concede citizenship, the granting of passports through investment and residency by investment requirements are formalised and subject to due diligence standards.

The European Parliament report calls on the European Commission to submit legislative proposals to phase out citizenship schemes and regulate residence schemes. It is estimated that on their basis, between 2011 and 2019 over 132,000 people obtained residence or citizenship in the European Union Member States. This generated over €21.8 billion. 

“If one wants to argue for restrictions on how citizenship is granted, then it should be done for all schemes and for all states”, Sant stressed. The Labour MEP noted that according to the report, citizenship and residency by investment schemes contradict the European Union values. If so, how come the report is also foreseeing the establishment of “a CBI and RBI adjustment mechanism” whereby part of the proceeds from such schemes contributes to the Union budget?

eu-russia

X’jiġri jekk ir-Russja ma tissodisfax l-obbligi tagħha?

Meta tkellem waqt dibattitu dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà tal-Ewropa wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, Alfred Sant stqarr li wieħed jifhem li l-Istati ...
Read More
passport

L-għoti taċ-ċittadinanza huwa parti mid-drittijiet sovrani tal-istati

Alfred Sant intervjena fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu dwar rapport dwar l-għoti ta’ permessi ta’ ċittadinanza u residenza minn skemi ...
Read More
crossroads

L-Ewropa teħtieġ bilanċ aħjar bejn il-prijoritajiet tas-saħħa u dawk ekonomiċi

Alfred Sant ivvota favur rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ppreżentat lill-plenarja tal-Parlament Ewropew. Il-MPE Laburista iżda appella għal ...
Read More
interfierance

Il-midja tal-aħbarijiet trasparenti u indipendenti hija kruċjali biex tiġġieled l-interferenza barranija

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant sostna li huwa essenzjali li titqajjem kuxjenza dwar ir-realtà tal-interferenza barranija fl-affarijiet politiċi tal-Istati Membri tal-Unjoni ...
Read More