Id-direttriċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Christine Lagarde uriet l-ottimiżu tagħha, minkejja xi diffikultajiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona ewro, meta ppreżentat ir-riżultati annwali tal-Fond Internazzjonali fuq iż-żona ewro.

Lagarde qalet li ż-żona ewro qed tirkupra minħabba l-ħolqien tax-xogħol u żieda fid-domanda domestika, li skont ir-rapport dawn qed iwasslu biex iddur ir-rota tal-ekonomija. Hi qalet li dan il-progress iwassal biex l-IMF iżid it-tbassir ekonomiku tiegħu għas-sena 2017/2018.

L-IMF jirreferi għall-ambjent politiku favorevoli u l-opportunita` għall-aktar integrazzjoni ekonomika u saħaq dwar l-iffinalizzar tal-Unjoni Bankarja bil-ħolqien ta’ skema ta’ garanziji għad-depożiti bankarji Ewropej, il-ħolqien ta’ suq kapitali komuni u l-ħolqien ta’ baġit komuni.

L-IMF innota l-isfidi li qed taffaċċja ż-żona ewro, bħal konverġenza fid-dħul fost id-dsatax-il stat membru, li f’dawn l-aħħar snin staġnaw, u taw lok għal żieda fil-frustrazzjoni tal-klassi tan-nofs f’ħafna pajjiżi.

MALTA U L-BREXIT

Nhar il-Ġimgħa Alfred Sant se jkun il-kelliem ewlieni f’Konferenza dwar MALTA U L-BREXIT f’Birżebbuġa. Din il-Konferenza se ssir wara li ...
Read More

SPINTA LILL-POLITIKA EWROPEA TA’ DIFIŻA

L-UE qablet li tagħti spinta lill-ħolqien ta’ Ewropa ta’ Difiża bi Struttura Permanenti ta’ Kooperazzjoni  (PESCO). L-istati membri għandhom tliet ...
Read More

IL-ĠERMANJA FAVUR AKTAR GĦAQDA EKONOMIKA U MONETARJA

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel appoġġjat l-ideat tal-President Franċiż Emmanuel Macron dwar aktar għaqda ekonomika u monetarja. Dan jinkludi l-ħolqien ta’ ...
Read More

F’SENTEJN JIRDOPPJAW L-ARRESTI TAL-ĠIĦADISTI

F’sentejn irdoppjaw l-arresti marbuta mat-terroriżmu ġiħadista fl-Ewropa. Dan kien żvelat minn rapport tal-Aġenzija tal-Pulizija Ewropea Europol. Fl-2016, 718 persuna ġew ...
Read More

IS-SANZJONIJIET RUSSI ESTIŻI SA ĠUNJU 2018

Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej reġgħu qablu biex jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kriżi fil-Lvant tal-Ukraina, l-anniħilazzjoni tal-Krimea u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ...
Read More

GĦANDHOM JITĦARSU D-DRITTIJIET SOĊJALI FL-EWROPA

L-UE ma tistax tnaqqas il-livell tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema madwar l-Ewropa biex tiżdied il-kompetittivita` u t-tkabbir ekonomiku.  Alfred Sant qal lill-Parlament ...
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IŻ-ŻONA EWRO

Id-direttriċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Christine Lagarde uriet l-ottimiżu tagħha, minkejja xi diffikultajiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika taż-żona ewro, meta ppreżentat ...
Read More

F’RISKJU L-ISTOKKS TAL-ĦUT FIL-MEDITERRAN

L-istokks tal-ħut fil-Mediterran qed jonqsu b’rata allarmanti – aktar minn 90% ta’ dawk li ġew assessjati huma esplojtati, b’uħud minnhom ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment