Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għadha kemm tat direttiva dwar id-drittijiet tal-immigranti illegali.

Il-qorti qalet li qabel ma tittieħed deċiżjoni biex immigrant li ma jkollux permess ikun deportat lura pajjiżu, l-awtoritajiet tal-pajjiżi jridu jisimgħuh. L-immigranti illegali għandhom id-dritt jagħtu l-opinjoni tagħhom u r-raġunijiet legali ta’ għaliex jinsabu f’pajjiż tal-Unjoni.
Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-qorti stabilixxiet proċeduri li għandhom jintużaw mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni.
L-awtoritajiet tal-pajjiżi ma humiex obbligati jinfurmaw lil immigrant illegali li se jkun interrogat. L-immigranti illegali għandhom id-dritt li jqabbdu avukat, mbasta dan jitħallas minn buthom. Il-Qorti saħqet li d-deċiżjonijiet jistgħu jkunu appellati mill-immigranti.

Facebook Comments

Post a comment