Fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iffukaw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huma insistew li jsiru kontrolli sistematiċi tal-immigranti u reġgħu tkellmu dwar ir-rilokazzjoni ta’ 160,000 immigrant fil-pajjiżi tal-UE. Il-mewġ tal-immigranti laħaq l-4,000 persuna kuljum.

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret proposti ġodda dwar il-ħarsien tal-fruntieri, proposti li jagħtu d-dritt lill-Unjoni Ewropea biex tieħu azzjoni anki jekk l-istat membru kkonċernat ma jkunx talab l-intervent jew l-għajnuna tagħha. Dan l-arranġament qed ikun ikkunsidrat bħala telf mis-sovranita` tal-pajjiżi membri. Dwar dan diġa` tkellmu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew u l-Prim Ministru Joseph Muscat. Sant u Muscat qalu li mhux aċċettabbli li tintilef is-sovranita` fuq dan il-punt.

Il-President tal-Kummissjoni jixtieq li din il-proposta tkun aċċettata sa Ġunju tal-2016. Il-Kummissjoni wiegħdet li se tippreżenta wkoll reviżjoni tar-regoli ta’ Dublin dwar id-dritt għall-ażil kif ukoll pakkett dwar l-immigrazzjoni legali.

S’issa ma ntlaħaq l-ebda qbil imma l-mexxejja tal-pajjiżi ftiehmu li jieħdu pożizzjoni dwar il-proposti tal-Kummissjoni sal-aħħar ta’ Ġunju. Sakemm il-mexxejja jiddiskutu u jiddeċiedu għandhomx jittieħdu xi miżuri biex forsi jitjiebu l-kontrolli f’ċertu żoni tal-fruntieri esterni taż-żona Schengen.

IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fl-2016 se jkun qed jiżvolġi d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD

Fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iffukaw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huma insistew li jsiru kontrolli sistematiċi ...
Read More

IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA

It-Turkija għadha kemm fetħet il-kapitlu dwar l-ekonomija u l-politika monetarja fin-negozjati tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Dan il-kapitlu jitkellem ...
Read More

IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM

Il-Greċja se żżid il-postijiet biex fihom joqogħdu l-immigranti permezz ta’ programm ta’ sussidji biex l-immigranti joqogħdu fi djar privati. Dan ...
Read More

GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?

Membri tal-Kunsill tal-‘Gozo Business Chamber’ qablu li jipprovdu lill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, eżempji konkreti ta’ mekkaniżmi li ma jaqblux ...
Read More

GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Kunsill tal-‘Grupp Universitarju Għawdxi (GUG) li Għawdex jista’ jibbenefika minn ekonomija diġitali b’saħħitha. Dr Sant, ...
Read More

GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?

It-turiżmu f’Għawdex sejjer tajjeb imma hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar kif qed jevolvi dan is-settur. Dan kien il-punt ċentrali ...
Read More

‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’

Matul l-aħħar għaxar snin dawk is-setturi li f’Malta marru tajjeb ħafna, speċjalment is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u l-igaming, ftit li xejn ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

L-għadd ta’ impjiegi żdiedu bi 0.3% fiż-żona Ewro u bi 0.4% fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fit-tielet kwart tal-2015, meta mqabbel mat-tieni ...
Read More

TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI

It-total tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija 508, 940, 955 ruħ. Il-Ġermanja għandha 15.93% mit-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Franza (13.04%), ir-Renju Unit ...
Read More

X’INHU L-FRONTEX?

Il-Frontex tikkoordina t-tmexxija tal-fruntieri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Din l-aġenzija tgħin lil awtoritajiet tal-fruntieri tal-istati membri ...
Read More

DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA

Fl-ewwel ta’ Jannar madwar il-bliet Ewropej jispikkaw tradizzjonijiet pjaċevoli li jawguraw bidu ta’ sena mill-aqwa. Fl-Ingilterra, fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ewwel ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment