Uffiċċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew huma tal-fehma li l-impatt inizjali tal-Brexit se jinħass fil-limiti tar-Renju Unit stess għalkemm xorta għad hemm inċertezza dwar l-impatt tal-vot Brittanniku fuq l-ekonomija globali fil-futur. Fuq dan il-ħsieb il-Bank Ċentrali Ewropew ma biddel xejn mill-politika attwali tiegħu, li fost miżuri oħra bħala stimolu għall-ekonomija jixtri €80 miljun f’bonds fix-xahar. L-uffiċċjali żguraw lis-swieq li jżidu l-istimoli skont kif meħtieġ. Għalissa l-bank qed jistenna li jiġbor aktar informazzjoni dwar l-impatt tal-Brexit.

Is-swieq finanzjarji rreaġixxew tajjeb għall-ewwel impatt tal-Brexit iżda qed jitqanqal id-dubju fuq kif dan il-vot se jaffettwa s-swieq Ewropej fuq tul ta’ żmien. Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ifisser il-ħruġ ta’ dan il-pajjiż mis-suq ħieles. Ir-relazzjonijiet ta’ kummerċ il-ġodda jeħtieġu negozjati friski. Il-proċess jista’ jieħu t-tul, saħansitra s-snin. Dan iħalli lin-negozju fl-inċertezza. Sitwazzjoni bħal din tista’ taffettwa l-ekonomija globali fil-fond b’modi li mhux neċessarjament jistgħu jkunu mbassra mill-esperti finanzjarji.

L-aġir tal-Bank Ċentrali Ewropew li jrid jistenna aktar informazzjoni jikkuntrasta dak tar-Riżerva Federali tal-Istati Uniti li qed taħseb biex iżżid ir-rati ta’ interessi li bħalissa qegħdin baxxi ħafna. Ħafna jsostnu li l-Bank Ċentrali Ewropew se jkollu eventwalment iżid l-istimoli tiegħu wkoll. Bħalissa id-19 il-pajjiż li jużaw l-ewro raw tkabbir ta’ 0.3% fit-tieni kwart ta’ din is-sena, inflazzjoni ta’ 0.2%  li hija kkunsidrata baxxa u rata ta’ qgħad ta’ 10.1%.

FTIT SUSTANZA F’VENTOTENE

Lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi din il-ġimgħa rajnih jilqa’ lil Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u lil President Franċiż Francois Hollande ...
Read More

SE JIRRIFLETTU DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fis-16 ta’ Settembru l-kapijiet ta’ stat tas-27 pajjiż tal-UE se jiltaqgħu fi Bratislava biex ikomplu jirriflettu fuq il-politika Ewropea tal-futur ...
Read More

JEKK MHUX MILL-BIEB MIT-TIEQA

Din is-sena bil-baħar diġa` waslu 266, 524 immigrant fuq ix-xtut Ewropej.  3, 156 ma temmewx il-vjaġġ għax għerqu fl-ibħra tal-Mediterran ...
Read More

BIEX JAĊĊETTAW L-IMMIGRANTI JRIDU JIĦDULHOM 500,000 ROMA

L’uboš Blaha, Filosofu Marxist u membru parlamentari Slovakk qal li jekk l-Islovakkja għandha ġġorr il-piż tal-immigranti, mela l-kumplament tal-UE għandha ...
Read More

L-IMPATT INIZJALI TAL-BREXIT

Uffiċċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew huma tal-fehma li l-impatt inizjali tal-Brexit se jinħass fil-limiti tar-Renju Unit stess għalkemm xorta għad hemm ...
Read More

RAJOY JIPPROVA JGĦAQQAD GVERN FI SPANJA

Mariano Rajoy se jipprova jikkonvinċi lil Parlament Spanjol biex jifforma gvern f’dibattitu li se jibda fit-30 ta’ Awwissu , wara ...
Read More

TINSTAB SOLUZZJONI GĦALL-ORKESTRA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea aċċertat lill-Ewroparlamentari Alfred Sant li sabet soluzzjoni biex l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni (EUYO)  tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet tagħha. Dan wara ...
Read More

XARABANK BLA XUFIER

Tiftakarhom il-karozzi li jimxu waħedhom, mingħajr xufier, forsi f’xi film tal-biża’ jew f’xi cartoons ta’ Scooby-doo? Fid-dinja teknoloġika tal-lum, il-karozzi ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment